Choose the experimental features you want to try

This document is an excerpt from the EUR-Lex website

Document 62014CA0614

    Kawża C-614/14: Sentenza tal-Qorti tal-Ġustizzja (Awla Manja) tal-5 ta’ Lulju 2016 (talba għal deċiżjoni preliminari tas-Sofiyski gradski sad – il-Bulgarija) – proċeduri kriminali kontra Atanas Ognyanov (Rinviju għal deċiżjoni preliminari — Artikolu 267 TFUE — Artikolu 94 tar-Regoli tal-Proċedura tal-Qorti tal-Ġustizzja — Kontenut ta’ talba għal deċiżjoni preliminari — Regola nazzjonali li tipprevedi l-astensjoni tal-qorti nazzjonali talli tkun esprimiet opinjoni provviżorja fit-talba għal deċiżjoni preliminari meta kkonstatat il-kuntest fattwali u ġuridiku — Karta tad-Drittijiet Fundamentali tal-Unjoni Ewropea — It-tieni paragrafu tal-Artikolu 47 u Artikolu 48(1))

    ĠU C 335, 12.9.2016, p. 8–9 (BG, ES, CS, DA, DE, ET, EL, EN, FR, HR, IT, LV, LT, HU, MT, NL, PL, PT, RO, SK, SL, FI, SV)

    12.9.2016   

    MT

    Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

    C 335/8


    Sentenza tal-Qorti tal-Ġustizzja (Awla Manja) tal-5 ta’ Lulju 2016 (talba għal deċiżjoni preliminari tas-Sofiyski gradski sad – il-Bulgarija) – proċeduri kriminali kontra Atanas Ognyanov

    (Kawża C-614/14) (1)

    ((Rinviju għal deċiżjoni preliminari - Artikolu 267 TFUE - Artikolu 94 tar-Regoli tal-Proċedura tal-Qorti tal-Ġustizzja - Kontenut ta’ talba għal deċiżjoni preliminari - Regola nazzjonali li tipprevedi l-astensjoni tal-qorti nazzjonali talli tkun esprimiet opinjoni provviżorja fit-talba għal deċiżjoni preliminari meta kkonstatat il-kuntest fattwali u ġuridiku - Karta tad-Drittijiet Fundamentali tal-Unjoni Ewropea - It-tieni paragrafu tal-Artikolu 47 u Artikolu 48(1)))

    (2016/C 335/10)

    Lingwa tal-kawża: il-Bulgaru

    Qorti tar-rinviju

    Sofiyski gradski sad

    Parti fil-proċedura kriminali prinċipali

    Atanas Ognyanov

    fil-preżenza ta’: Sofiyska gradska prokuratura

    Dispożittiv

    1)

    L-Artikoli 267 TFUE u 94 tar-Regoli tal-Proċedura tal-Qorti tal-Ġustizzja, moqrija fid-dawl tat-tieni paragrafu tal-Artikolu 47 u tal-Artikolu 48(1) tal-Karta tad-Drittijiet Fundamentali tal-Unjoni Ewropea, għandhom jiġu interpretati fis-sens li jipprekludu regola nazzjonali interpretata b’mod li tobbliga lill-qorti tar-rinviju tastjeni mill-kawża pendenti għar-raġuni li, fit-talba tagħha għal deċiżjoni preliminari, hija tkun esponiet il-kuntest fattwali u ġuridiku ta’ din il-kawża.

    2)

    Id-dritt tal-Unjoni, b’mod partikolari l-Artikolu 267 TFUE, għandu jiġi interpretat fis-sens li la jeżiġi u lanqas jipprojbixxi li, wara li tingħata s-sentenza fi proċedura għal deċiżjoni preliminari, il-qorti tar-rinviju tisma’ lill-partijiet mill-ġdid u tadotta miżuri istruttorji ġodda li jistgħu jwassluha sabiex temenda l-konstatazzjonijiet fattwali u ġuridiċi li hija tkun għamlet fil-kuntest tat-talba għal deċiżjoni preliminari, bil-kundizzjoni li dik il-qorti tagħti effett sħiħ lill-interpretazzjoni tad-dritt tal-Unjoni adottata mill-Qorti tal-Ġustizzja tal-Unjoni Ewropea.

    3)

    Id-dritt tal-Unjoni għandu jiġi interpretat fis-sens li jipprekludi li qorti tar-rinviju tapplika regola nazzjonali, bħal dik inkwistjoni fil-kawża prinċipali, li titqies li tmur kontra dan id-dritt.


    (1)  ĠU C 96, 23.3.2015.


    Top