Choose the experimental features you want to try

This document is an excerpt from the EUR-Lex website

Document 62014CA0347

    Kawża C-347/14: Sentenza tal-Qorti tal-Ġustizzja (It-Tieni Awla) tal-21 ta’ Ottubru 2015 (talba għal deċiżjoni preliminari ta’ Verwaltungsgerichtshof – l-Awstrija) – New Media Online GmbH vs Bundeskommunikationssenat (Rinviju għal deċiżjoni preliminari — Direttiva 2010/13/UE — Kunċetti ta’ “programm” u ta’ “servizz tal-media awdjoviżiva” — Determinazzjoni tal-għan prinċipali ta’ servizz tal-medja awdjoviżiva — Paragunabbiltà tas-servizz max-xandir televiżiv — Inklużjoni ta’ vidjos qosra f’sezzjoni ta’ sit ta’ gazzetta disponibbli fuq l-internet)

    ĠU C 414, 14.12.2015, p. 7–8 (BG, ES, CS, DA, DE, ET, EL, EN, FR, HR, IT, LV, LT, HU, MT, NL, PL, PT, RO, SK, SL, FI, SV)

    14.12.2015   

    MT

    Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

    C 414/7


    Sentenza tal-Qorti tal-Ġustizzja (It-Tieni Awla) tal-21 ta’ Ottubru 2015 (talba għal deċiżjoni preliminari ta’ Verwaltungsgerichtshof – l-Awstrija) – New Media Online GmbH vs Bundeskommunikationssenat

    (Kawża C-347/14) (1)

    ((Rinviju għal deċiżjoni preliminari - Direttiva 2010/13/UE - Kunċetti ta’ “programm” u ta’ “servizz tal-media awdjoviżiva” - Determinazzjoni tal-għan prinċipali ta’ servizz tal-medja awdjoviżiva - Paragunabbiltà tas-servizz max-xandir televiżiv - Inklużjoni ta’ vidjos qosra f’sezzjoni ta’ sit ta’ gazzetta disponibbli fuq l-internet))

    (2015/C 414/10)

    Lingwa tal-kawża: il-Ġermaniż

    Qorti tar-rinviju

    Verwaltungsgerichtshof

    Partijiet fil-kawża prinċipali

    Rikorrenti: New Media Online GmbH

    Konvenut: Bundeskommunikationssenat

    Dispożittiv

    1)

    Il-kunċett ta’ “programm”, fis-sens tal-Artikolu 1(b) tad-Direttiva 2010/13/UE, tal-10 ta’ Marzu 2010, dwar il-koordinazzjoni ta’ ċerti dispożizzjonijiet stabbiliti bil-liġi, b’regolament jew b’azzjoni amministrattiva fi Stati Membri dwar il-forniment ta’ servizzi tal-media awdjoviżiva (“Direttiva dwar is-Servizzi tal-Media awdjoviżiva”), għandu jiġi interpretat fis-sens li dan jinkludi l-għoti tal-aċċess, f’sub-sezzjoni ta’ sit tal-internet ta’ gazzetta, għal vidjos qosra li jikkorrispondu għal sekwenzi qosra estratti minn bullettini ta’ informazzjoni lokali, tal-isports jew ta’ divertiment.

    2)

    L-Artikolu 1(a)(i) tad-Direttiva 2010/13 għandu jiġi interpretat fis-sens li l-evalwazzjoni tal-għan prinċipali ta’ servizz tal-għoti tal-aċċess għall-vidjos offrut fil-kuntest tal-verżjoni elettronika ta’ gazzetta għandha teżamina jekk dan is-servizz bħala tali għandux kontenut u funzjoni awtonomi meta mqabbla ma’ dawk tal-attività ġurnalistika tal-amministratur tas-sit tal-internet inkwistjoni, u ma huwiex biss element indiviżibbli ta’ din l-attività, b’mod partikolari minħabba rabtiet li jkollha l-offerta awdjoviżiva mal-offerta testwali. Din l-evalwazzjoni għandha ssir mill-qorti tar-rinviju.


    (1)  ĠU C 329, 22.09.2014.


    Top