Choose the experimental features you want to try

This document is an excerpt from the EUR-Lex website

Document 62014CA0245

    Kawża C-245/14: Sentenza tal-Qorti tal-Ġustizzja (Ir-Raba’Awla) tat-22 ta’ Ottubru 2015 (talba għal deċiżjoni preliminari tal-Handelsgericht Wien – l-Awstrija) – Thomas Cook Belgium NV vs Thurner Hotel GmbH (Rinviju għal deċiżjoni preliminari — Spazju ta’ libertà, sigurtà u ġustizzja — Regolament (KE) Nru 1896/2006 — Proċedura Ewropea għal ordni ta’ ħlas — Oppożizzjoni tardiva — Artikolu 20(2) — Talba għal eżaminazzjoni mill-ġdid tal-ordni ta’ ħlas Ewropea — Eċċezzjoni ta’ karenza ta’ ġurisdizzjoni tal-qorti tal-oriġini — Ordni ta’ ħlas Ewropea maħruġa b’mod żbaljat fid-dawl tar-rekwiżiti stabbiliti mir-regolament — Assenza ta’ natura ‘manifesta’ — Assenza ta’ ċirkustanzi “eċċezzjonali”)

    ĠU C 414, 14.12.2015, p. 5–6 (BG, ES, CS, DA, DE, ET, EL, EN, FR, HR, IT, LV, LT, HU, MT, NL, PL, PT, RO, SK, SL, FI, SV)

    14.12.2015   

    MT

    Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

    C 414/5


    Sentenza tal-Qorti tal-Ġustizzja (Ir-Raba’Awla) tat-22 ta’ Ottubru 2015 (talba għal deċiżjoni preliminari tal-Handelsgericht Wien – l-Awstrija) – Thomas Cook Belgium NV vs Thurner Hotel GmbH

    (Kawża C-245/14) (1)

    ((Rinviju għal deċiżjoni preliminari - Spazju ta’ libertà, sigurtà u ġustizzja - Regolament (KE) Nru 1896/2006 - Proċedura Ewropea għal ordni ta’ ħlas - Oppożizzjoni tardiva - Artikolu 20(2) - Talba għal eżaminazzjoni mill-ġdid tal-ordni ta’ ħlas Ewropea - Eċċezzjoni ta’ karenza ta’ ġurisdizzjoni tal-qorti tal-oriġini - Ordni ta’ ħlas Ewropea maħruġa b’mod żbaljat fid-dawl tar-rekwiżiti stabbiliti mir-regolament - Assenza ta’ natura ‘manifesta’ - Assenza ta’ ċirkustanzi “eċċezzjonali”))

    (2015/C 414/07)

    Lingwa tal-kawża: il-Ġermaniż

    Qorti tar-rinviju

    Handelsgericht Wien

    Partijiet fil-kawża prinċipali

    Rikorrenti: Thomas Cook Belgium NV

    Konvenuta: Thurner Hotel GmbH

    Dispożittiv

    L-Artikolu 20(2) tar-Regolament (KE) Nru 1896/2006 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill, tat-12 ta’ Diċembru 2006, li joħloq proċedura għal ordni ta’ ħlas Ewropea, kif emendata bir-Regolament tal Kummissjoni (UE) Nru 936/2012, tal-4 ta’ Ottubru 2012, għandu jiġi interpretat fis-sens li dan jipprekludi, f’ċirkustanzi bħal dawk inkwistjoni fil-kawża prinċipali, li konvenut, li jkun ġie nnotifikat, skont dan ir-regolament, b’ordni ta’ ħlas Ewropea, ikun jista’ jitlob eżaminazzjoni mill-ġdid ta’ din l-ordni billi jsostni li l-qorti tal-oriġini ddikjarat b’mod żbaljat li għandha ġurisdizzjoni billi bbażat ruħha fuq informazzjoni allegatament falza pprovduta mill-applikant fil-formola ta’ applikazzjoni.


    (1)  ĠU C 303, 08.09.2014.


    Top