Choose the experimental features you want to try

This document is an excerpt from the EUR-Lex website

Document 62014CA0126

    Kawża C-126/14: Sentenza tal-Qorti tal-Ġustizzja (Il-Ħames Awla) tat-22 ta’ Ottubru 2015 (talba għal deċiżjoni preliminari tal-Lietuvos vyriausiasis administracinis teismas – il-Litwanja) – “Sveda” UAB vs Valstybinė mokesčių inspekcija prie Lietuvos Respublikos finansų ministerijos (Rinviju għal deċiżjoni preliminari — VAT — Direttiva 2006/112/KE — Artikolu 168 — Dritt għal tnaqqis — Tnaqqis tat-taxxa tal-input imħallsa fuq l-akkwist jew il-produzzjoni ta’ beni ta’ investiment — Passaġġ ta’ rikreazzjoni intiż direttament għall-użu mingħajr ħlas mill-pubbliku — Użu tal-passaġġ ta’ rikreazzjoni bħala mod biex jitwettqu tranżazzjonijiet intaxxati)

    ĠU C 414, 14.12.2015, p. 3–4 (BG, ES, CS, DA, DE, ET, EL, EN, FR, HR, IT, LV, LT, HU, MT, NL, PL, PT, RO, SK, SL, FI, SV)

    14.12.2015   

    MT

    Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

    C 414/3


    Sentenza tal-Qorti tal-Ġustizzja (Il-Ħames Awla) tat-22 ta’ Ottubru 2015 (talba għal deċiżjoni preliminari tal-Lietuvos vyriausiasis administracinis teismas – il-Litwanja) – “Sveda” UAB vs Valstybinė mokesčių inspekcija prie Lietuvos Respublikos finansų ministerijos

    (Kawża C-126/14) (1)

    ((Rinviju għal deċiżjoni preliminari - VAT - Direttiva 2006/112/KE - Artikolu 168 - Dritt għal tnaqqis - Tnaqqis tat-taxxa tal-input imħallsa fuq l-akkwist jew il-produzzjoni ta’ beni ta’ investiment - Passaġġ ta’ rikreazzjoni intiż direttament għall-użu mingħajr ħlas mill-pubbliku - Użu tal-passaġġ ta’ rikreazzjoni bħala mod biex jitwettqu tranżazzjonijiet intaxxati))

    (2015/C 414/04)

    Lingwa tal-kawża: il-Litwan

    Qorti tar-rinviju

    Lietuvos vyriausiasis administracinis teismas

    Partijiet fil-kawża prinċipali

    Rikorrenti:“Sveda” UAB

    Konvenuta: Valstybinė mokesčių inspekcija prie Lietuvos Respublikos finansų ministerijos

    fil-preżenza ta’: Klaipėdos apskrities valstybinė mokesčių inspekcija

    Dispożittiv

    L-Artikolu 168 tad-Direttiva tal-Kunsill 2006/112/KE, tat-28 ta’ Novembru 2006, dwar is-sistema komuni ta’ taxxa fuq il-valur miżjud, għandu jiġi interpretat fis-sens li jagħti, f’ċirkustanzi bħal dawk inkwistjoni fil-kawża prinċipali, lil persuna taxxabbli d-dritt li tnaqqas it-taxxa fuq il-valur miżjud tal-input imħallsa għall-akkwist jew għall-produzzjoni ta’ beni ta’ investiment għall-finijiet ta’ attività ekonomika prevista, marbuta mat-turiżmu rurali u rikreattiv, li huma, minn naħa, direttament intiżi sabiex jintużaw mingħajr ħlas mill-pubbliku u, min-naħa l-oħra, jistgħu jippermettu li jitwettqu tranżazzjonijiet intaxxati, jekk tiġi stabbilita rabta diretta u immedjata bejn l-ispejjeż marbuta mat-tranżazzjonijiet input u tranżazzjoni jew numru ta’ tranżazzjonijiet output li jagħtu dritt għal tnaqqis jew mal-attività kollha tal-persuna taxxabbli, fatt li hija l-qorti tar-rinviju li għandha tivverifika abbażi ta’ elementi oġġettivi.


    (1)  ĠU C 175, 10.6.2014.


    Top