Choose the experimental features you want to try

This document is an excerpt from the EUR-Lex website

Document 62014CA0021

    Kawża C-21/14 P: Sentenza tal-Qorti tal-Ġustizzja (Awla Manja) tas-16 ta’ Lulju 2015 – Il-Kummissjoni Ewropea vs Rusal Armenal ZAO, Il-Kunsill tal-Unjoni Ewropea (Appell — Dumping — Importazzjonijiet ta’ ċerti folji tal-aluminju li joriġinaw mill-Armenja, mill-Brażil u miċ-Ċina — Adeżjoni tar-Repubblika tal-Armenja mal-Organizzazzjoni Dinjija tal-Kummerċ (WTO) — Artikolu 2(7) tar-Regolament (KE) Nru 384/96 — Kompatibbiltà mal-Ftehim dwar l-Implementazzjoni tal-Artikolu VI tal-Ftehim Ġenerali dwar it-tariffi u l-kummerċ tal-1994 (GATT))

    ĠU C 311, 21.9.2015, p. 7–8 (BG, ES, CS, DA, DE, ET, EL, EN, FR, HR, IT, LV, LT, HU, MT, NL, PL, PT, RO, SK, SL, FI, SV)

    21.9.2015   

    MT

    Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

    C 311/7


    Sentenza tal-Qorti tal-Ġustizzja (Awla Manja) tas-16 ta’ Lulju 2015 – Il-Kummissjoni Ewropea vs Rusal Armenal ZAO, Il-Kunsill tal-Unjoni Ewropea

    (Kawża C-21/14 P) (1)

    ((Appell - Dumping - Importazzjonijiet ta’ ċerti folji tal-aluminju li joriġinaw mill-Armenja, mill-Brażil u miċ-Ċina - Adeżjoni tar-Repubblika tal-Armenja mal-Organizzazzjoni Dinjija tal-Kummerċ (WTO) - Artikolu 2(7) tar-Regolament (KE) Nru 384/96 - Kompatibbiltà mal-Ftehim dwar l-Implementazzjoni tal-Artikolu VI tal-Ftehim Ġenerali dwar it-tariffi u l-kummerċ tal-1994 (GATT)))

    (2015/C 311/08)

    Lingwa tal-proċedura: l-Ingliż

    Partijiet

    Rikorrenti: Il-Kummissjoni Ewropea (rappreżentanti: J.-F. Brakeland, M. França u T. Maxian Rusche, aġenti)

    Partijiet oħra fil-proċedura: Rusal Armenal ZAO (rappreżentanti: B. Evtimov, avukat), Il-Kunsill tal-Unjoni Ewropea (rappreżentanti: S. Boelaert u J.-P. Hix, aġenti, assistiti minn B. O’Connor, Solicitor, S. Gubel, avukat)

    Intervenjent insostenn tar-rikorrenti: Il-Parlament Ewropew (rappreżentanti: D. Warin u A. Auersperger Matić, aġenti)

    Dispożittiv

    1)

    Is-sentenza tal-Qorti Ġenerali tal-Unjoni Ewropea Rusal Armenal vs Il-Kunsill (T-512/09, EU:T:2013:571) hija annullata.

    2)

    Il-kawża hija mibgħuta lura quddiem il-Qorti Ġenerali tal-Unjoni Ewropea sabiex din tagħti deċiżjoni fuq il-motivi li fir-rigward tagħhom ma tteħditx deċiżjoni.

    3)

    L-ispejjeż huma rriżervati.


    (1)  ĠU C 61, 01.03.2014.


    Top