Choose the experimental features you want to try

This document is an excerpt from the EUR-Lex website

Document 62014CA0020

    Kawża C-20/14: Sentenza tal-Qorti tal-Ġustizzja (L-Ewwel Awla) tat-22 ta’ Ottubru 2015 (talba għal deċiżjoni preliminari tal-Bundespatentgericht – Il-Ġermaja) – BGW Beratungs-Gesellschaft Wirtschaft mbH, li qabel kienet BGW Marketing- & Management-Service GmbH vs Bodo Scholz (Rinviju għal deċiżjoni preliminari — Trade marks — Direttiva 2008/95/KE — Raġunijiet supplimentari ta’ rifjut jew ta’ invalidità — Trade mark verbali — L-istess sekwenza ta’ ittri bħal trade mark preċedenti — Żieda ta’ sintamma deskrittiva — Eżistenza ta’ probabbiltà ta’ konfużjoni)

    ĠU C 414, 14.12.2015, p. 3–3 (BG, ES, CS, DA, DE, ET, EL, EN, FR, HR, IT, LV, LT, HU, MT, NL, PL, PT, RO, SK, SL, FI, SV)

    14.12.2015   

    MT

    Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

    C 414/3


    Sentenza tal-Qorti tal-Ġustizzja (L-Ewwel Awla) tat-22 ta’ Ottubru 2015 (talba għal deċiżjoni preliminari tal-Bundespatentgericht – Il-Ġermaja) – BGW Beratungs-Gesellschaft Wirtschaft mbH, li qabel kienet BGW Marketing- & Management-Service GmbH vs Bodo Scholz

    (Kawża C-20/14) (1)

    ((Rinviju għal deċiżjoni preliminari - Trade marks - Direttiva 2008/95/KE - Raġunijiet supplimentari ta’ rifjut jew ta’ invalidità - Trade mark verbali - L-istess sekwenza ta’ ittri bħal trade mark preċedenti - Żieda ta’ sintamma deskrittiva - Eżistenza ta’ probabbiltà ta’ konfużjoni))

    (2015/C 414/03)

    Lingwa tal-kawża: il-Ġermaniż

    Qorti tar-rinviju

    Bundespatentgericht

    Partijiet fil-kawża prinċipali

    Rikorrenti: BGW Beratungs-Gesellschaft Wirtschaft mbH, li qabel kienet BGW Marketing- & Management-Service GmbH

    Konvenut: Bodo Scholz

    Dispożittiv

    L-Artikolu 4(1)(b) tad-Direttiva 2008/95 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill, tat-22 ta’ Ottubru 2008, biex jiġu approssimati l-liġijiet tal-Istati Membri dwar it-trade marks, għandu jiġi interpretat fis-sens li, fil-każ ta’ prodotti u ta’ servizzi identiċi jew li jixxiebhu, tista’ teżisti probabbiltà ta’ konfużjoni fil-ħsieb tal-pubbliku rilevanti bejn trade mark preċedenti komposta minn sekwenza ta’ ittri, li għandha karattru distintiv u li huwa l-element dominanti ta’ din it-trade mark mogħnija b’karattru distintiv medju, u trade mark sussegwenti komposta minn din is-sekwenza ta’ ittri li biswitha titqiegħed sintamma deskrittiva komposta minn kliem li l-inizjali tagħhom jikkorrispondu għall-ittri tal-imsemmija sekwenza, b’tali mod li din tiġi pperċepita minn dan il-pubbliku bħala l-akronimu tal-imsemmija sintamma.


    (1)  ĠU C 129, 28.4.2014.


    Top