EUR-Lex Access to European Union law

Back to EUR-Lex homepage

This document is an excerpt from the EUR-Lex website

Document 62013TN0400

Kawża T-400/13: Rikors ippreżentat fil- 5 ta’ Awwissu 2013 — L’Oréal vs UASI — Cosmetica Cabinas (AINHOA)

ĠU C 298, 12.10.2013, p. 9–10 (BG, ES, CS, DA, DE, ET, EL, EN, FR, IT, LV, LT, HU, MT, NL, PL, PT, RO, SK, SL, FI, SV)
ĠU C 298, 12.10.2013, p. 8–8 (HR)

12.10.2013   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

C 298/9


Rikors ippreżentat fil-5 ta’ Awwissu 2013 — L’Oréal vs UASI — Cosmetica Cabinas (AINHOA)

(Kawża T-400/13)

2013/C 298/16

Lingwa tar-rikors: l-Ingliż

Partijiet

Rikorrenti: L’Oréal (Pariġi, Franza) (rappreżentanti: M. Granado Carpenter u M. Polo Carreño, avukati)

Konvenut: L-Uffiċċju għall-Armonizzazzjoni fis-Suq Intern (Trade marks u Disinni)

Parti oħra quddiem il-Bord tal-Appell: Cosmetica Cabinas, SL (El Masnou, Spanja)

Talbiet

Ir-rikorrenti titlob li l-Qorti Ġenerali jogħġobha:

tannulla d-deċiżjoni tal-Ewwel Bord tal-Appell, tas-6 ta’ Ġunju 2013, fil-Każ R 1643/2012-1;

tikkundanna lill-UASI għall-ispejjeż.

Motivi u argumenti prinċipali

Trade mark Komunitarja rreġistrata li hija s-suġġett tat-talba għal dikjarazzjoni ta’ invalidità: trade mark verbali “AINHOA” — Reġistrazzjoni tat-trade mark Komunitarja Nru 2 720 811

Proprjetarju tat-trade mark Komunitarja: ir-rikorrenti

Parti li qed titlob id-dikjarazzjoni ta’ invalidità tat-trade mark Komunitarja: il-parti l-oħra fil-proċedimenti quddiem il-Bord tal-Appell

Motivazzjoni tat-talba għal dikjarazzjoni ta’ invalidità: ir-rikorrenti li talbet il-kanċellazzjoni bbażat ruħha fuq l-Artikolu 8(1)(b) u (5) flimkien mal-Artikolu 53(1) tar-Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 207/2009

Deċiżjoni tad-Diviżjoni tal-Kanċellazzjoni: talba għal dikjarazzjoni ta’ invalidità miċħuda

Deċiżjoni tal-Bord tal-Appell: appell miċħud

Motivi invokati: ksur tal-Artikolu 8(1)(b) u/jew tal-Artikolu 8(5), flimkien mal-Artikolu 53(1)(a) tar-Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 207/2009.


Top