Choose the experimental features you want to try

This document is an excerpt from the EUR-Lex website

Document 62013TA0025

Kawża T-25/13: Sentenza tal-Qorti Ġenerali tas- 27 ta’ Frar 2014 – Mäurer & Wirtz vs UASI – Sacra [ “Trade mark Komunitarja — Proċedimenti ta’ oppożizzjoni — Applikazzjoni għal trade mark Komunitarja verbali 4711 Aqua Mirabilis — Trade mark Komunitarja verbali preċedenti AQUA ADMIRABILIS — Raġuni relattiva għal rifjut — Probabbiltà ta’ konfużjoni — Karattru distintiv tat-trade mark preċedenti — Artikolu 8(1)(b) tar-Regolament (KE) Nru 207/2009” ]

ĠU C 112, 14.4.2014, pp. 30–31 (BG, ES, CS, DA, DE, ET, EL, EN, FR, HR, IT, LV, LT, HU, MT, NL, PL, PT, RO, SK, SL, FI, SV)

14.4.2014   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

C 112/30


Sentenza tal-Qorti Ġenerali tas-27 ta’ Frar 2014 – Mäurer & Wirtz vs UASI – Sacra

(Kawża T-25/13) (1)

([“Trade mark Komunitarja - Proċedimenti ta’ oppożizzjoni - Applikazzjoni għal trade mark Komunitarja verbali 4711 Aqua Mirabilis - Trade mark Komunitarja verbali preċedenti AQUA ADMIRABILIS - Raġuni relattiva għal rifjut - Probabbiltà ta’ konfużjoni - Karattru distintiv tat-trade mark preċedenti - Artikolu 8(1)(b) tar-Regolament (KE) Nru 207/2009”])

2014/C 112/39

Lingwa tal-kawża: il-Ġermaniż

Partijiet

Rikorrenti: Mäurer & Wirtz GmbH & Co. KG (Stolberg, il-Ġermanja) (rappreżentanti: T. Schulte-Beckhausen u S. Hühner, avukati)

Konvenut: L-Uffiċċju għall-Armonizzazzjoni fis-Suq Intern (Trade marks u Disinni) (rappreżentant: A. Pohlmann, aġent)

Parti oħra fil-proċedimenti quddiem il-Bord tal-Appell tal-UASI: Sacra Srl (Venezia, l-Italja)

Suġġett

Rikors ippreżentat kontra d-deċiżjoni tat-Tieni Awla tal-Bord tal-Appell tal-UASI tat-13 ta’ Novembru 2012 (Każ R 1601/2011-2), dwar proċedimenti ta’ oppożizzjoni bejn Sacra Srl u Mäurer & Wirtz GmbH & Co. KG.

Dispożittiv

1)

Ir-rikors huwa miċħud.

2)

Mäurer & Wirtz GmbH & Co. KG hija kkundannata għall-ispejjeż.


(1)  ĠU C 7, 9.3.2013.


Top