Choose the experimental features you want to try

This document is an excerpt from the EUR-Lex website

Document 62013TA0004

Kawża T-4/13: Sentenza tal-Qorti Ġenerali tal- 11 ta’ Ġunju 2014 – Communicaid Group vs Il-Kummissjoni ( “Kuntratti pubbliċi għal servizzi — Proċedura ta’ sejħa għal offerti — Provvista ta’ servizzi ta’ taħriġ lingwistiku għall-persunal tal-istituzzjonijiet, tal-korpi u tal-aġenziji tal-Unjoni stabbiliti fi Brussell — Ċaħda tal-offerti ta’ offerent — Prinċipju ta’ trasparenza — Nondiskriminazzjoni — Ugwaljanza fit-trattament — Artikolu 94 tar-Regolament finanzjarju — Kriterji ta’ selezzjoni — Obbligu ta’ motivazzjoni — Kriterji ta’ għoti — Żball manifest ta’ evalwazzjoni” )

ĠU C 245, 28.7.2014, p. 12–12 (BG, ES, CS, DA, DE, ET, EL, EN, FR, HR, IT, LV, LT, HU, MT, NL, PL, PT, RO, SK, SL, FI, SV)

28.7.2014   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

C 245/12


Sentenza tal-Qorti Ġenerali tal-11 ta’ Ġunju 2014 – Communicaid Group vs Il-Kummissjoni

(Kawża T-4/13) (1)

((“Kuntratti pubbliċi għal servizzi - Proċedura ta’ sejħa għal offerti - Provvista ta’ servizzi ta’ taħriġ lingwistiku għall-persunal tal-istituzzjonijiet, tal-korpi u tal-aġenziji tal-Unjoni stabbiliti fi Brussell - Ċaħda tal-offerti ta’ offerent - Prinċipju ta’ trasparenza - Nondiskriminazzjoni - Ugwaljanza fit-trattament - Artikolu 94 tar-Regolament finanzjarju - Kriterji ta’ selezzjoni - Obbligu ta’ motivazzjoni - Kriterji ta’ għoti - Żball manifest ta’ evalwazzjoni”))

2014/C 245/16

Lingwa tal-kawża: l-Ingliż

Partijiet

Rikorrenti: Communicaid Group Ltd (Londra, ir-Renju Unit) (rappreżentanti: C. Brennan, solicitor, F. Randolph, QC, u M. Gray, barrister)

Konvenuta: Il-Kummissjoni Ewropea (rappreżentanti: S. Delaude u S. Lejeune, aġenti, assistiti minn P. Wytinck u B. Hoorelbeke, avukati)

Suġġett

Talba għall-annullament, totali jew parzjali, tad-deċiżjonijiet li permezz tagħhom il-Kummissjoni rrifjutat li tikklassifika lil Communicaid Group Ltd fl-ewwel pożizzjoni għal-lottijiet Nri 1, 2, 4, 7, 8 u 9 tas-sejħa għal offerti HR/R3/PR/2012/002, relatati ma’ ftehimiet qafas dwar il-provvista ta’ taħriġ lingwistiku għall-persunal tal-istituzzjonijiet, tal-korpi u tal-aġenziji tal-Unjoni Ewropea stabbiliti fi Brussell (il-Belġju).

Dispożittiv

1)

Ir-rikors huwa miċħud.

2)

Communicaid Group Ltd hija kkundannata għall-ispejjeż, inklużi dawk marbuta mal-proċeduri għal miżuri provviżorji.


(1)  ĠU C 71, 9.3.2013.


Top