Choose the experimental features you want to try

This document is an excerpt from the EUR-Lex website

Document 62013CN0515

Kawża C-515/13: Talba għal deċiżjoni preliminari mressqa mill-Østre Landsret (id-Danimarka) fil- 25 ta’ Settembru 2013 — Ingeniørforeningen i Danmark li qed taġixxi għal Poul Landin vs TEKNIQ, li qed taġixxi għal ENCO A/S — VVS

ĠU C 359, 7.12.2013, p. 5–5 (BG, ES, CS, DA, DE, ET, EL, EN, FR, HR, IT, LV, LT, HU, MT, NL, PL, PT, RO, SK, SL, FI, SV)

7.12.2013   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

C 359/5


Talba għal deċiżjoni preliminari mressqa mill-Østre Landsret (id-Danimarka) fil-25 ta’ Settembru 2013 — Ingeniørforeningen i Danmark li qed taġixxi għal Poul Landin vs TEKNIQ, li qed taġixxi għal ENCO A/S — VVS

(Kawża C-515/13)

2013/C 359/06

Lingwa tal-kawża: id-Daniż

Qorti tar-rinviju

Østre Landsret

Partijiet fil-kawża prinċipali

Rikorrenti: Ingeniørforeningen i Danmark li qed taġixxi għal pour Poul Landin

Konvenuta: TEKNIQ, li qed taġixxi għal ENCO A/S-VVS

Domanda preliminari

Il-projbizzjoni ta’ diskriminazzjoni diretta bbażata fuq l-età, li tirriżulta mill-Artikoli 2 u 6 tad-Direttiva 2000/78/KE (1), għandha tiġi interpretata fis-sens li tipprekludi li Stat Membru jżomm qafas ġuridiku li jipprovdi li, fil-każ ta’ tkeċċija ta’ impjegat li jkun ilu jaħdem kontinwament mal-istess impriża matul perijodu ta’ 12, 15 jew 18-il sena, il-persuna li timpjega għandha, meta jintemm ix-xogħol tal-impjegat, tħallas ammont ekwivalenti għal salarju ta’ xahar, xahrejn jew tliet xhur rispettivament, iżda din l-allowance ma titħallasx jekk meta jintemm ix-xogħol, l-impjegat ikollu l-possibbiltà li jibbenefika minn pensjoni ta’ rtirar mill-Istat?


(1)  Direttiva tal-Kunsill 2000/78/KE, tas-27 ta’ Novembru 2000, li tistabbilixxi qafas ġenerali għall-ugwaljanza fit-trattament fl-impjieg u fix-xogħol (ĠU Edizzjoni Speċjali bil-Malti, Kapitolu 5, Vol. 4, p. 79).


Top