This document is an excerpt from the EUR-Lex website
Document 62013CN0476
Case C-476/13: Request for a preliminary ruling from the Bundesgerichtshof (Germany) lodged on 30 August 2013 — Heidemarie Retzlaff v easyJet Airline Co. Ltd
Kawża C-476/13: Talba għal deċiżjoni preliminari mressqa mill-Bundesgerichtshof (il-Ġermanja) fit- 30 ta’ Awwissu 2013 — Heidemarie Retzlaff vs easyJet Airline Co. Ltd
Kawża C-476/13: Talba għal deċiżjoni preliminari mressqa mill-Bundesgerichtshof (il-Ġermanja) fit- 30 ta’ Awwissu 2013 — Heidemarie Retzlaff vs easyJet Airline Co. Ltd
ĠU C 359, 7.12.2013, p. 3–4
(BG, ES, CS, DA, DE, ET, EL, EN, FR, HR, IT, LV, LT, HU, MT, NL, PL, PT, RO, SK, SL, FI, SV)
7.12.2013 |
MT |
Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea |
C 359/3 |
Talba għal deċiżjoni preliminari mressqa mill-Bundesgerichtshof (il-Ġermanja) fit-30 ta’ Awwissu 2013 — Heidemarie Retzlaff vs easyJet Airline Co. Ltd
(Kawża C-476/13)
2013/C 359/04
Lingwa tal-kawża: il-Ġermaniż
Qorti tar-rinviju
Bundesgerichtshof
Partijiet fil-kawża prinċipali
Rikorrenti: Heidemarie Retzlaff
Konvenuta: easyJet Airline Co. Ltd
Domandi preliminari
(1) |
Dritt għal kumpens mogħti taħt id-dritt nazzjonali li huwa intiż sabiex jirrimborsa spejjeż tal-ivvjaġġar addizzjonali sostnuti minħabba kanċellazzjoni ta’ titjira bbukkjata jista’ jitnaqqas mill-kumpens mogħti taħt l-Artikolu 7 tar-Regolament (1) jekk it-trasportatur tal-ajru jkun issodisfa l-obbligi tiegħu taħt l-Artikoli 8(1) u 9(1) tar-Regolament? |
(2) |
Jekk jista’ jsir it-tnaqqis: dan jgħodd ukoll għall-ispejjeż ta’ trasport alternattiv sad-destinazzjoni finali tat-titjira? |
(3) |
Sa fejn huwa possibbli t-tnaqqis: it-trasportatur tal-ajru jista’ jagħmel dan it-tnaqqis fil-każijiet kollha jew dan jiddependi fuq sa fejn huwa permess mid-dritt nazzjonali jew sa fejn huwa meqjus ġust mill-qorti? |
(4) |
Sa fejn id-dritt nazzjonali huwa determinanti jew il-qorti hija mitluba tieħu deċiżjoni diskrezzjonali: il-ħlas ta’ kumpens taħt l-Artikolu 7 tar-Regolament huwa intiż sabiex jikkumpensa biss l-inkonvenjenza u t-telf ta’ żmien batuti mill-passiġġieri minħabba l-kanċellazzjoni, jew huwa intiż ukoll sabiex jikkumpensa dannu materjali? |
(1) Regolament (KE) Nru 261/2004 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill, tal-11 ta’ Frar 2004, li jistabbilixxi regoli komuni dwar il-kumpens u l-assistenza għal passiġġieri fil-każ li ma jitħallewx jitilgħu u ta’ kanċellazzjoni jew dewmien twil ta’ titjiriet, u li jħassar ir-Regolament (KEE) Nru 295/91 (ĠU Edizzjoni Speċjali bil-Malti, Kapitolu 7, Vol. 8, p. 10).