Choose the experimental features you want to try

This document is an excerpt from the EUR-Lex website

Document 62013CN0203

    Kawża C-203/13: Rikors ippreżentat fis- 17 ta’ April 2013 — Il-Kummissjoni Ewropea vs Ir-Repubblika Bulgara

    ĠU C 164, 8.6.2013, p. 12–13 (BG, ES, CS, DA, DE, ET, EL, EN, FR, IT, LV, LT, HU, MT, NL, PL, PT, RO, SK, SL, FI, SV)

    8.6.2013   

    MT

    Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

    C 164/12


    Rikors ippreżentat fis-17 ta’ April 2013 — Il-Kummissjoni Ewropea vs Ir-Repubblika Bulgara

    (Kawża C-203/13)

    2013/C 164/23

    Lingwa tal-kawża: il-Bulgaru

    Partijiet

    Rikorrenti: Il-Kummissjoni Ewropea (rappreżentanti: O. Beynet, M. Heller u P. Mihaylova)

    Konvenuta: Ir-Repubblika Bulgara

    Talbiet

    tikkonstata li, billi ma adottatx il-liġijiet, ir-regolamenti u d-dispożizzjonijiet amministrattivi kollha neċessarji għat-traspożizzjoni tal-Artikolu 3(7), tat-tieni subparagrafu tal-punt 1(a), u tal-punti 1(b), (c), (d), (f), (h) u (i) tal-Anness I, tad-Direttiva 2009/72/KE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill, tat-13 Lulju 2009, dwar ir-regoli komuni għas-suq intern fil-qasam tal-elettriku u li temenda d-Direttiva 2003/54/KE (1), jew fi kwalunkwe każ, billi ma nnotifikatx l-adozzjoni ta’ dawn id-dispożizzjonijiet, ir-Repubblika tal-Bulgarija naqset milli twettaq l-obbligi tagħha taħt l-Artikolu 49(1) ta’ din id-direttiva;

    timponi fuq ir-Repubblika tal-Bulgarija, skont l-Artikolu 260(3) TFUE, pagament ta’ penalità ta’ 8 448 EUR kuljum b’effett mid-data tad-deċiżjoni ta’ din is-sentenza, minħabba n-nuqqas tal-obbligu tagħha li tikkomunika lill-Kummissjoni l-miżuri ta’ traspożizzjoni tad-Direttiva 2009/72/KE,

    tikkundanna lir-Repubblika Bulgara għall-ispejjeż.

    Motivi u argumenti prinċipali

    It-terminu għall-adozzjoni ta’ miżuri għat-traspożizzjoni tad-direttiva skada fit-3 ta’ Marzu 2011.


    (1)  ĠU 2009 L 211, p. 55.


    Top