Choose the experimental features you want to try

This document is an excerpt from the EUR-Lex website

Document 62013CN0166

    Kawża C-166/13: Talba għal deċiżjoni preliminari mressqa mit-tribunal administratif de Melun (Franza) fit- 3 ta’ April 2013 — Sophie Mukarubega vs Préfet de police, Préfet de la Seine-Saint-Denis

    ĠU C 164, 8.6.2013, p. 11–12 (BG, ES, CS, DA, DE, ET, EL, EN, FR, IT, LV, LT, HU, MT, NL, PL, PT, RO, SK, SL, FI, SV)

    8.6.2013   

    MT

    Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

    C 164/11


    Talba għal deċiżjoni preliminari mressqa mit-tribunal administratif de Melun (Franza) fit-3 ta’ April 2013 — Sophie Mukarubega vs Préfet de police, Préfet de la Seine-Saint-Denis

    (Kawża C-166/13)

    2013/C 164/20

    Lingwa tal-kawża: il-Franċiż

    Qorti tar-rinviju

    Tribunal administratif de Melun

    Partijiet fil-kawża prinċipali

    Rikorrenti: Sophie Mukarubega

    Konvenuti: Préfet de police, Préfet de la Seine-Saint-Denis

    Domandi preliminari

    (1)

    Id-dritt għal smigħ fil-proċeduri kollha, li jagħmel parti integrali mill-prinċipju fundamentali tar-rispett tad-drittijiet tad-difiża, u li barra minn hekk, huwa stabbilit fl-Artikolu 41 tal-Karta tad-Drittijiet Fundamentali tal-Unjoni Ewropea, għandu jiġi interpretat fis-sens li jimponi lill-amministrazzjoni, meta jkollha l-intenzjoni tadotta deċiżjoni ta’ ritorn fir-rigward ta’ barrani f’sitwazzjoni irregolari, indipendentement minn jekk din id-deċiżjoni ta’ ritorn tiġix jew le adottata wara r-rifjut ta’ permess ta’ residenza, u b’mod partikolari f’sitwazzjoni fejn hemm riskju ta’ ħarba, tagħti l-possibbiltà lill-persuna kkonċernata tippreżenta l-osservazzjonijiet tagħha?

    (2)

    L-effett ta’ sospensjoni tal-proċedura kontenzjuża quddiem il-qorti amministrattiva jippermetti li ssir deroga mill-possibbiltà a priori ta’ barrani f’sitwazzjoni irregolari li jippreżenta l-opinjoni tiegħu dwar il-miżura ta’ tneħħija sfavorevoli li hija prevista fir-rigward tiegħu?


    Top