Choose the experimental features you want to try

This document is an excerpt from the EUR-Lex website

Document 62012TN0343

    Kawża T-343/12: Rikors ippreżentat fit- 30 ta’ Lulju 2012 — Grupo T Diffusión vs UASI — ABR Producción Contemporánea (Lampi)

    ĠU C 287, 22.9.2012, p. 38–38 (BG, ES, CS, DA, DE, ET, EL, EN, FR, IT, LV, LT, HU, MT, NL, PL, PT, RO, SK, SL, FI, SV)

    22.9.2012   

    MT

    Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

    C 287/38


    Rikors ippreżentat fit-30 ta’ Lulju 2012 — Grupo T Diffusión vs UASI — ABR Producción Contemporánea (Lampi)

    (Kawża T-343/12)

    2012/C 287/69

    Lingwa tal-kawża: l-Ispanjol

    Partijiet

    Rikorrenti: Grupo T Diffusión, SA (El Prat de Llobregat, Spanja) (rappreżentant: A. Lasala Grimalt, avukat)

    Konvenut: L-Uffiċċju għall-Armonizzazzjoni fis-Suq Intern (Trade marks u Disinni)

    Parti oħra quddiem il-Bord tal-Appell: ABR Producción Contemporánea, SL (Barcelona, Spanja)

    Talbiet

    Ir-rikorrenti jitolbu li l-Qorti Ġenerali jogħġobha:

    tannulla d-deċiżjoni tat-Tielet Bord tal-Appell tal-Uffiċċju għall-Armonizzazzjoni fis-Suq Intern (Trade marks u Disinni) tal-1 ta’ Ġunju 2012 fil-Każ R 1622/2010-3, dwar proċedimenti ta’ invalidità tad-Disinn Komunitarju Nru 000 42 7448-0001 u tiddikjara l-effikaċità sħiħa u l-validità sħiħa tal-imsemmi disinn, b’eżenzjoni għal Grupo T Diffusión, S.A. għall-ħlas tal-ispejjeż ta’ ABR u tal-UASI

    Motivi u argumenti prinċipali

    Disinn Komunitarju rreġistrat li huwa s-suġġett tat-talba għal dikjarazzjoni ta’ invalidità: disinn ta’ lampa — Disinn Komunitarju rreġistrat Nru 000 42 7448-0001

    Proprjetarju tat-trade mark Komunitarja: ir-rikorrenti

    Parti li qed titlob id-dikjarazzjoni ta’ invalidità tat-trade mark Komunitarja: ABR Producción Contemporánea, SL

    Motivazzjoni tat-talba għal invalidità: disinn preċedenti ta’ lampa standard “Cypress”

    Deċiżjoni tad-Diviżjoni tal-Kanċellazzjoni: rikors għal dikjarazzjoni ta’ invalidità milqugħ

    Deċiżjoni tal-Bord tal-Appell: appell miċħud

    Motivi invokati: ksur tal-Artikoli 6 u 7 tar-Regolament (KE) Nru 6/2002


    Top