This document is an excerpt from the EUR-Lex website
Document 62012TN0328
Case T-328/12: Action brought on 24 July 2012 — Mundipharma v OHIM — AFP Pharmaceuticals (Maxigesic)
Kawża T-328/12: Rikors ippreżentat fl- 24 ta’ Lulju 2012 — Mundipharma vs UASI — AFP Pharmaceuticals (Maxigesic)
Kawża T-328/12: Rikors ippreżentat fl- 24 ta’ Lulju 2012 — Mundipharma vs UASI — AFP Pharmaceuticals (Maxigesic)
ĠU C 287, 22.9.2012, p. 34–34
(BG, ES, CS, DA, DE, ET, EL, EN, FR, IT, LV, LT, HU, MT, NL, PL, PT, RO, SK, SL, FI, SV)
22.9.2012 |
MT |
Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea |
C 287/34 |
Rikors ippreżentat fl-24 ta’ Lulju 2012 — Mundipharma vs UASI — AFP Pharmaceuticals (Maxigesic)
(Kawża T-328/12)
2012/C 287/63
Lingwa tar-rikors: il-Ġermaniż
Partijiet
Rikorrenti: Mundipharma GmbH (Limburg a.d. Lahn, il-Ġermanja) (rappreżentant: F. Nielsen, avukat)
Konvenut: L-Uffiċċju għall-Armonizzazzjoni fis-Suq Intern (Trade marks u Disinni)
Parti oħra quddiem il-Bord tal-Appell: AFP Pharmaceuticals Ltd (Takapuna, Neuseeland)
Talbiet
Ir-rikorrenti titlob li l-Qorti Ġenerali jogħġobha:
— |
tannulla d-deċiżjoni tar-Raba’ Bord tal-Appell tal-Uffiċċju għall-Armonizzazzjoni fis-Suq Intern (Trade marks u Disinni) tat-23 ta’ Mejju 2012 fil-Każ R 1788/2010-4; |
— |
tikkundanna lill-konvenut għall-ispejjeż. |
Motivi u argumenti prinċipali
Applikanti għat-trade mark Komunitarja: AFP Pharmaceuticals Ltd
Trade mark Komunitarja kkonċernata: it-trade mark verbali “Maxigesic” għal prodotti fil-klassi 5 — Applikazzjoni għal trade mark Komunitarja Nru 7 056 104
Proprjetarju tat-trade mark jew tas-sinjal invokat insostenn tal-oppożizzjoni: ir-rikorrenti
Trade mark jew sinjal invokat: it-trade mark verbali “OXYGESIC” għal prodotti fil-klassi 5
Deċiżjoni tad-Diviżjoni tal-Oppożizzjoni: oppożizzjoni milqugħa
Deċiżjoni tal-Bord tal-Appell: appell milqugħ u oppożizzjoni miċħuda
Motivi invokati: ksur tal-Artikolu 8(1)(b) tar-Regolament (KE) Nru 207/2009.