Choose the experimental features you want to try

This document is an excerpt from the EUR-Lex website

Document 62012TA0417

    Kawża T-417/12: Sentenza tal-Qorti Ġenerali tat- 23 ta’ Ottubru 2013 — SFC Jardibric vs UASI — Aqua Center Europa (AQUA FLOW) ( “Trade mark Komunitajra — Proċedimenti ta’ dikjarazzjoni ta’ invalidità — Trade mark Komunitarja figurattiva AQUA FLOW — Trade mark nazzjonali figurattiva preċedenti VAQUA FLOW — Raġuni relattiva għal rifjut — Probabbiltà ta’ konfużjoni — Dikjarazzjoni ta’ invalidità — Artikolu 8(1)(b) tar-Regolament (KE) Nru 207/2009 — Assenza ta’ limitazzjoni bħala konsegwenza ta’ kunsens — Artikolu 54(2) tar-Regolament Nru 207/2009” )

    ĠU C 359, 7.12.2013, p. 10–10 (BG, ES, CS, DA, DE, ET, EL, EN, FR, HR, IT, LV, LT, HU, MT, NL, PL, PT, RO, SK, SL, FI, SV)

    7.12.2013   

    MT

    Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

    C 359/10


    Sentenza tal-Qorti Ġenerali tat-23 ta’ Ottubru 2013 — SFC Jardibric vs UASI — Aqua Center Europa (AQUA FLOW)

    (Kawża T-417/12) (1)

    (Trade mark Komunitajra - Proċedimenti ta’ dikjarazzjoni ta’ invalidità - Trade mark Komunitarja figurattiva AQUA FLOW - Trade mark nazzjonali figurattiva preċedenti VAQUA FLOW - Raġuni relattiva għal rifjut - Probabbiltà ta’ konfużjoni - Dikjarazzjoni ta’ invalidità - Artikolu 8(1)(b) tar-Regolament (KE) Nru 207/2009 - Assenza ta’ limitazzjoni bħala konsegwenza ta’ kunsens - Artikolu 54(2) tar-Regolament Nru 207/2009)

    2013/C 359/17

    Lingwa tal-kawża: l-Ingliż

    Partijiet

    Rikorrenti: SFC Jardibric (Saint-Jean-De-La-Ruelle, Franza) (rappreżentant: J.-L. Fourgoux, avukat)

    Konvenut: L-Uffiċċju għall-Armonizzazzjoni fis-Suq Intern (Trade marks u Disinni) (rappreżentant: Ó. Mondéjar Ortuño, aġent)

    Parti oħra fil-proċedimenti quddiem il-Bord tal-Appell tal-UASI, intervenjenti quddiem il-Qorti Ġenerali: Aqua Center Europa, SA (Madrid, Spanja) (rappreżentant: M. J. Martín Izquierdo, avukat)

    Suġġett

    Rikors ippreżentat kontra d-deċiżjoni tar-Raba’ Bord tal-Appell tal-UASI, tal-20 ta’ Lulju 2012 (Każ R 2230/2010-4), dwar proċedimenti għal dikjarazzjoni ta’ invalidità bejn Aqua Center Europa, SA u SFC Jardibric.

    Dispożittiv

    (1)

    Ir-rikors huwa miċħud.

    (2)

    SFC Jaridibric hija kkundannata għall-ispejjeż.


    (1)  ĠU C 373, 01.12.2012.


    Top