EUR-Lex Access to European Union law

Back to EUR-Lex homepage

This document is an excerpt from the EUR-Lex website

Document 62012TA0293

Kawża T-293/12: Sentenza tal-Qorti Ġenerali tal- 11 ta’ Ġunju 2014 – Syria International Islamic Bank vs Il-Kunsill ( “Politika barranija u ta’ sigurtà komuni — Miżuri restrittivi kontra s-Sirja — Iffriżar ta’ fondi — Żball manifest ta’ evalwazzjoni — Oneru tal-prova — Talba għad-danni” )

ĠU C 245, 28.7.2014, p. 9–10 (BG, ES, CS, DA, DE, ET, EL, EN, FR, HR, IT, LV, LT, HU, MT, NL, PL, PT, RO, SK, SL, FI, SV)

28.7.2014   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

C 245/9


Sentenza tal-Qorti Ġenerali tal-11 ta’ Ġunju 2014 – Syria International Islamic Bank vs Il-Kunsill

(Kawża T-293/12) (1)

((“Politika barranija u ta’ sigurtà komuni - Miżuri restrittivi kontra s-Sirja - Iffriżar ta’ fondi - Żball manifest ta’ evalwazzjoni - Oneru tal-prova - Talba għad-danni”))

2014/C 245/12

Lingwa tal-kawża: il-Franċiż

Partijiet

Rikorrenti: Syria International Islamic Bank PJSC (Damasku, is-Sirja) (rappreżentanti: G. Laguesse u J.-P. Buyle, avukati)

Konvenut: Il-Kunsill tal-Unjoni Ewropea (rappreżentanti: B. Driessen u D. Gicheva, aġenti)

Suġġett

Minn naħa, talba għall-annullament tar-Regolament ta’ Implimentazzjoni tal-Kunsill (UE) Nru 2012/544/PESK, tal-25 ta’ Ġunju 2012, li jimplimenta l-Artikolu 32(1) tar-Regolament (UE) Nru 36/2012 dwar miżuri restrittivi fid-dawl tas-sitwazzjoni fis-Sirja (ĠU L 165, p. 20, rettifika ĠU 2012, L 173, p. 27), u tad-Deċiżjoni ta’ Implimentazzjoni tal-Kunsill 2012/335/PESK, tal-25 ta’ Ġunju 2012, li timplimenta d-Deċiżjoni 2011/782/PESK dwar miżuri restrittivi kontra s-Sirja (ĠU L 165, p. 80), sa fejn dawn jikkonċernaw lir-rikorrenti, u, min-naħa l-oħra, talba għad-danni.

Dispożittiv

1)

Ir-Regolament ta’ Implimentazzjoni tal-Kunsill (UE) Nru 2012/544/PESK, tal-25 ta’ Ġunju 2012, li jimplimenta l-Artikolu 32(1) tar-Regolament (UE) Nru 36/2012 dwar miżuri restrittivi fid-dawl tas-sitwazzjoni fis-Sirja, huwa annullat sa fejn dan jirrigwarda lil Syria International Islamic Bank PJSC.

2)

Id-Deċiżjoni ta’ Implimentazzjoni tal-Kunsill 2012/335/PESK, tal-25 ta’ Ġunju 2012, li timplimenta d-Deċiżjoni 2011/782/PESK dwar miżuri restrittivi kontra s-Sirja, hija annullata sa fejn din tirrigwarda lil Syria International Islamic Bank.

3)

It-talba għad-danni hija miċħuda bħala inammissibbli.

4)

Syria International Islamic Bank għandha tbati kwart tal-ispejjeż tagħha stess.

5)

Il-Kunsill tal-Unjoni Ewropea għandu jbati l-ispejjeż tiegħu stess kif ukoll tliet kwarti ta’ dawk esposti minn Syria International Islamic Bank.


(1)  ĠU C 258, 25.08.2012.


Top