Choose the experimental features you want to try

This document is an excerpt from the EUR-Lex website

Document 62012TA0055

    Kawża T-55/12: Sentenza tal-Qorti Ġenerali tal- 25 ta’ April 2013 — Chen vs UASI — AM Denmark (Tagħmir tal-ħasil) ( “Disinn Komunitarju — Proċedimenti għal dikjarazzjoni ta’ invalidità — Disinn Komunitarju irreġistrat li jirrappreżenta tagħmir tal-ħasil — Trade mark Komunitarja tridimensjonali li tirrappreżenta tagħmir tal-ħasil li huwa kompost minn sprej u minn sponza — Dikjarazzjoni ta’ invalidità” )

    ĠU C 164, 8.6.2013, p. 16–16 (BG, ES, CS, DA, DE, ET, EL, EN, FR, IT, LV, LT, HU, MT, NL, PL, PT, RO, SK, SL, FI, SV)

    8.6.2013   

    MT

    Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

    C 164/16


    Sentenza tal-Qorti Ġenerali tal-25 ta’ April 2013 — Chen vs UASI — AM Denmark (Tagħmir tal-ħasil)

    (Kawża T-55/12) (1)

    (Disinn Komunitarju - Proċedimenti għal dikjarazzjoni ta’ invalidità - Disinn Komunitarju irreġistrat li jirrappreżenta tagħmir tal-ħasil - Trade mark Komunitarja tridimensjonali li tirrappreżenta tagħmir tal-ħasil li huwa kompost minn sprej u minn sponza - Dikjarazzjoni ta’ invalidità)

    2013/C 164/29

    Lingwa tal-kawża: l-Ingliż

    Partijiet

    Rikorrenti: Su-Shan Chen (Sanchong, it-Tajwan) (rappreżentant: C. Onken, avukat)

    Konvenut: L-Uffiċċju għall-Armonizzazzjoni fis-Suq Intern (Trade marks u Disinni) (rappreżentant: A. Folliard-Monguiral, aġent)

    Parti oħra fil-proċedimenti quddiem il-Bord tal-Appell tal-UASI, intervenjenti quddiem il-Qorti Ġenerali: AM Denmark A/S (Kokkedal, id-Danimarka) (rappreżentant: C. Type Jardorf, avukat)

    Suġġett

    Rikors ippreżentat kontra d-deċiżjoni tat-Tielet Bord tal-Appell tal-UASI, tas-26 ta’ Ottubru 2011 (Każ R 2179/2010-3), dwar proċedimenti għal dikjarazzjoni ta’ invalidità bejn AM Denmark A/S u Su-Shan Chen.

    Dispożittiv

    (1)

    Ir-rikors huwa miċħud.

    (2)

    Su-Shan Chen hija kkundannata għall-ispejjeż.


    (1)  ĠU C 133, 05.05.2012.


    Top