This document is an excerpt from the EUR-Lex website
Document 62012FN0075
Case F-75/12: Action brought on 20 July 2012 — ZZ and ZZ v Commission
Kawża F-75/12: Rikors ippreżentat fl- 20 ta’ Lulju 2012 — ZZ u ZZ vs Il-Kummissjoni
Kawża F-75/12: Rikors ippreżentat fl- 20 ta’ Lulju 2012 — ZZ u ZZ vs Il-Kummissjoni
ĠU C 287, 22.9.2012, p. 41–41
(BG, ES, CS, DA, DE, ET, EL, EN, FR, IT, LV, LT, HU, MT, NL, PL, PT, RO, SK, SL, FI, SV)
22.9.2012 |
MT |
Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea |
C 287/41 |
Rikors ippreżentat fl-20 ta’ Lulju 2012 — ZZ u ZZ vs Il-Kummissjoni
(Kawża F-75/12)
2012/C 287/76
Lingwa tal-kawża: il-Franċiż
Partijiet
Rikorrenti: ZZ u ZZ (rappreżentanti: D. Abreu Caldas, A. Coolen, J.-N. Louis, E. Marchal u S. Orlandi, avukati)
Konvenuta: Il-Kummissjoni Ewropea
Suġġett
Annullament tad-deċiżjonijiet dwar il-kalkolu tal-akkreditazzjoni tad-drittijiet għall-pensjoni akkwistati qabel id-dħul fis-servizz tal-Kummissjoni Ewropea u, sa fejn ikun meħtieġ, tad-deċiżjonijiet li jiċħdu l-ilmenti mressqa mir-rikorrenti.
Talbiet tar-rikorrenti
— |
jannulla d-deċiżjonijiet dwar il-kalkolu tal-akkreditazzjoni tad-drittijiet għall-pensjoni akkwistati qabel id-dħul fis-servizz tal-Kummissjoni Ewropea; |
— |
sa fejn ikun meħtieġ, jannulla d-deċiżjonijiet li jiċħdu l-ilmenti mressqa minnhom intiżi għall-applikazzjoni tad-dispożizzjonijiet ġenerali ta’ implementazzjoni u tar-rati tal-attwarjat fis-seħħ fil-mument tat-talba tagħhom għat-trasferiment tad-drittiijet għall-pensjoni tagħhom; |
— |
jikkundanna lill-Kummissjoni Ewropea għall-ispejjeż. |