EUR-Lex Access to European Union law

Back to EUR-Lex homepage

This document is an excerpt from the EUR-Lex website

Document 62012FA0121

Kawża F-121/12: Sentenza tat-Tribunal għas-Servizz Pubbliku (It-Tielet Awla) tal- 25 ta’ Ġunju 2014 – Maynard vs Europol (Servizz pubbliku — Persunal tal-Europol — Konvenzjoni Europol — Regolamenti tal-persunal tal-Europol — Deċiżjoni 2009/371/ĠAI — Applikazzjoni tal-Kondizzjonijiet tal-impjieg għall-membri tal-persunal tal-Europol — Nuqqas ta’ tiġdid ta’ kuntratt ta’ membru tal-persunal temporanju għal żmien determinat — Rifjut li jingħata kuntratt ta’ aġent temporanju għal żmien indeterminat)

ĠU C 253, 4.8.2014, p. 69–69 (BG, ES, CS, DA, DE, ET, EL, EN, FR, HR, IT, LV, LT, HU, MT, NL, PL, PT, RO, SK, SL, FI, SV)

4.8.2014   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

C 253/69


Sentenza tat-Tribunal għas-Servizz Pubbliku (It-Tielet Awla) tal-25 ta’ Ġunju 2014 – Maynard vs Europol

(Kawża F-121/12) (1)

((Servizz pubbliku - Persunal tal-Europol - Konvenzjoni Europol - Regolamenti tal-persunal tal-Europol - Deċiżjoni 2009/371/ĠAI - Applikazzjoni tal-Kondizzjonijiet tal-impjieg għall-membri tal-persunal tal-Europol - Nuqqas ta’ tiġdid ta’ kuntratt ta’ membru tal-persunal temporanju għal żmien determinat - Rifjut li jingħata kuntratt ta’ aġent temporanju għal żmien indeterminat))

2014/C 253/96

Lingwa tal-kawża: il-Franċiż

Partijiet

Rikorrenti: Ginny Maynard (Den Haag, il-Pajjiżi l-Baxxi) (rappreżentant: J.-J. Ghosez, avukat)

Konvenut: L-Uffiċċju Ewropew tal-Pulizija (rappreżentanti: inizjalment D. Neumann u D. El Khoury, aġenti, sussegwentement J. Arnould, D. Neumann u D. El Khoury, aġenti)

Suġġett

Talba għall-annullament tad-deċiżjoni tal-Europol li ma jiġġeddidx il-kuntratt tar-rikorrenti għal żmien indeterminat u talba għall-kundanna tal-Europol għall-ħlas tad-differenza bejn ir-remunerazzjoni li hija setgħet tkompli tirċievi mill-Europol u kull allowance oħra li hija effettivament irċeviet

Dispożittiv

1)

Ir-rikors huwa miċħud.

2)

G. Maynard għandha tbati l-ispejjeż tagħha u hija kkundannata tbati l-ispejjeż sostnuti mill-Uffiċċju Ewropew tal-Pulizija.


(1)  ĠU C 379, 08.12.2012, p. 36.


Top