Choose the experimental features you want to try

This document is an excerpt from the EUR-Lex website

Document 62012FA0120

    Kawża F-120/12: Sentenza tat-Tribunal għas-Servizz Pubbliku (It-Tielet Awla) tal- 25 ta’ Ġunju 2014 – Coutureau vs Europol (Servizz pubbliku — Persunal tal-Europol — Konvenzjoni Europol — Regolamenti tal-persunal tal-Europol — Deċiżjoni 2009/371/ĠAI — Applikazzjoni tal-Kondizzjonijiet tal-impjieg għall-membri tal-persunal tal-Europol — Nuqqas ta’ tiġdid ta’ kuntratt ta’ membru tal-persunal temporanju għal żmien determinat — Rifjut li jingħata kuntratt ta’ aġent temporanju għal żmien indeterminat)

    ĠU C 253, 4.8.2014, p. 68–68 (BG, ES, CS, DA, DE, ET, EL, EN, FR, HR, IT, LV, LT, HU, MT, NL, PL, PT, RO, SK, SL, FI, SV)

    4.8.2014   

    MT

    Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

    C 253/68


    Sentenza tat-Tribunal għas-Servizz Pubbliku (It-Tielet Awla) tal-25 ta’ Ġunju 2014 – Coutureau vs Europol

    (Kawża F-120/12) (1)

    ((Servizz pubbliku - Persunal tal-Europol - Konvenzjoni Europol - Regolamenti tal-persunal tal-Europol - Deċiżjoni 2009/371/ĠAI - Applikazzjoni tal-Kondizzjonijiet tal-impjieg għall-membri tal-persunal tal-Europol - Nuqqas ta’ tiġdid ta’ kuntratt ta’ membru tal-persunal temporanju għal żmien determinat - Rifjut li jingħata kuntratt ta’ aġent temporanju għal żmien indeterminat))

    2014/C 253/95

    Lingwa tal-kawża:il-Franċiż

    Partijiet

    Rikorrenti: Christèle Coutureau (Rijswijk, il-Pajjiżi l-Baxxi) (rappreżentant: J.-J. Ghosez, avukat)

    Konvenut: L-Uffiċċju Ewropew tal-Pulizija (rappreżentanti: inizjalment D. Neumann u D. El Khoury, aġenti, sussegwentement J. Arnould, D. Neumann u D. El Khoury, aġenti)

    Suġġett

    Talba għall-annullament tad-deċiżjoni tal-Europol li ma jiġġeddidx il-kuntratt tar-rikorrenti għal żmien indeterminat u talba għall-kundanna tal-Europol għall-ħlas tad-differenza bejn ir-remunerazzjoni li hija setgħet tkompli tirċievi mill-Europol u kull allowance oħra li hija effettivament irċeviet

    Dispożittiv

    1)

    Ir-rikors huwa miċħud.

    2)

    C. Coutureau għandha tbati l-ispejjeż tagħha u hija kkundannata tbati l-ispejjeż sostnuti mill-Uffiċċju Ewropew tal-Pulizija.


    (1)  ĠU C 379, 08.08.2012, p. 36.


    Top