Choose the experimental features you want to try

This document is an excerpt from the EUR-Lex website

Document 62012CN0332

    Kawża C-332/12: Rikors ippreżentat fl- 10 ta’ Lulju 2012 — Il-Kummissjoni Ewropea vs Ir-Repubblika tal-Polonja

    ĠU C 287, 22.9.2012, p. 24–24 (BG, ES, CS, DA, DE, ET, EL, EN, FR, IT, LV, LT, HU, MT, NL, PL, PT, RO, SK, SL, FI, SV)

    22.9.2012   

    MT

    Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

    C 287/24


    Rikors ippreżentat fl-10 ta’ Lulju 2012 — Il-Kummissjoni Ewropea vs Ir-Repubblika tal-Polonja

    (Kawża C-332/12)

    2012/C 287/45

    Lingwa tal-kawża: il-Pollakk

    Partijiet

    Rikorrenti: Il-Kummissjoni Ewropea (rappreżentanti: P. Hetsch, L. Nicolae u J. Hottiaux, aġenti)

    Konvenuta: Ir-Repubblika tal-Polonja

    Talbiet

    Il-Kummissjoni titlob li l-Qorti tal-Ġustizzja jogħġobha:

    tikkonstata li, billi ma adottatx il-liġijiet, ir-regolamenti u d-dispożizzjonijiet amministrattivi neċessarji sabiex tikkonforma ruħha mad-Direttiva 2009/18/KE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill, tat-23 ta’ April 2009, li tistabbilixxi l-prinċipji fundamentali li jirregolaw l-investigazzjoni ta’ aċċidenti fis-settur tat-trasport marittimu u li temenda d-Direttiv tal-Kunsill 1999/35/KE u d-Diriettiva 2002/59/KE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill (1), u fi kwalunkwe każ billi ma informatx lill-Kummissjoni b’dawn id-dispożizzjonijiet, ir-Repubblika tal-Polonja naqset milli twettaq l-obbligi tagħha taħt l-Artikolu 25 tad-Direttiva;

    tikkundanna lir-Repubblika tal-Polonja, skont l-Artikolu 260(3) TFUE, għall-ħlas ta’ pagamenti ta’ penalità ta’ EUR 56 095,20 għal kull jum, mid-data meta tingħata s-sentenza ta’ din il-kawża, peress li ma osservatx l-obbligu tagħha li tinnotifika l-miżuri ta’ traspożizzjoni tad-Direttiva 2009/18/KE;

    tikkundanna lir-Repubblika tal-Polonja għall-ispejjeż.

    Motivi u argumenti prinċipali

    It-terminu għat-traspożizzjoni tad-Direttiva skada fis-17 ta’ Ġunju 2011.


    (1)  ĠU L 131, p. 114.


    Top