EUR-Lex Access to European Union law

Back to EUR-Lex homepage

This document is an excerpt from the EUR-Lex website

Document 62011TN0490

Kawża T-490/11: Rikors ippreżentat fil- 15 ta’ Settembru 2011 — Bena Properties vs Il-Kunsill

ĠU C 331, 12.11.2011, p. 26–27 (BG, ES, CS, DA, DE, ET, EL, EN, FR, IT, LV, LT, HU, MT, NL, PL, PT, RO, SK, SL, FI, SV)

12.11.2011   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

C 331/26


Rikors ippreżentat fil-15 ta’ Settembru 2011 — Bena Properties vs Il-Kunsill

(Kawża T-490/11)

2011/C 331/51

Lingwa tal-kawża: il-Franċiż

Partijiet

Rikorrenti: Bena Properties Co. SA (Damasku, is-Sirja) (rappreżentant: E. Ruchat, avukat)

Konvenut: Il-Kunsill tal-Unjoni Ewropea

Talbiet

Ir-rikorrenti titlob lill-Qorti Ġenerali jogħġobha:

tannulla d-Deċiżjoni 2011/273/PESK, tad-9 ta’ Mejju 2011, dwar miżuri restrittivi kontra s-Sirja, sa fejn jirrigwardawha, kif ukoll tad-deċiżjonijiet ta’ implementazzjoni sussegwenti 2011/302/PESK, tat-23 ta’ Mejju 2011, u 2011/367/PESK, tat-23 ta’ Ġunju 2011, sa fejn dawn isemmu isimha fil-lista tal-persuni u entitajiet imsemmija fl-Artikoli 3 u 4 tad-Deċiżjoni 2011/273/PESK tad-9 ta’ Mejju 2011;

tannulla r-Regolament tal-Kunsill (UE) Nru 442/2011, tad-9 ta’ Mejju 2011, dwar miżuri ristrettivi fid-dawl tas-sitwazzjoni fis-Sirja, kif ukoll ir-Regolamenti ta’ implementazzjoni sussegwenti Nru 504/2011, tat-23 ta’ Mejju 2011 u l-emendi (Regolament li jemenda r-Regolament ta’ Implementazzjoni (UE) Nru 504/2011 ippubblikat fl-24 ta’ Ġunju 2011), sa fejn dawn jirrigwardawha;

tikkundanna lill-Kunsill tal-Unjoni Ewropea għall-ħlas tal-ispejjeż tal-kawża.

Motivi u argumenti prinċipali

Insostenn tar-rikors tagħha, ir-rikorrenti tinvoka tliet motivi li huma essenzjalment identiċi jew simili għal dawk invokati fil-kuntest tal-Kawża T-433/11, Makhlouf vs Il-Kunsill (1).


(1)  ĠU C 290, 01.10.2011, p. 14


Top