Choose the experimental features you want to try

This document is an excerpt from the EUR-Lex website

Document 62011TB0240

Kawża T-240/11: Digriet tal-Qorti Ġenerali tas- 17 ta’ Lulju 2012 — L’Oréal vs UASI — United Global Media Group (MyBeauty TV) ( “Trade mark Komunitarja — Proċedimenti ta’ oppożizzjoni — Spejjeż li jistgħu jinġabru quddiem l-UASI — Spejjeż ta’ rappreżentanza minn impjegat — Artikolu 85(1) tar-Regolament (KE) Nru 207/2009 — Rikors manifestament infondat fid-dritt” )

ĠU C 287, 22.9.2012, p. 31–31 (BG, ES, CS, DA, DE, ET, EL, EN, FR, IT, LV, LT, HU, MT, NL, PL, PT, RO, SK, SL, FI, SV)

22.9.2012   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

C 287/31


Digriet tal-Qorti Ġenerali tas-17 ta’ Lulju 2012 — L’Oréal vs UASI — United Global Media Group (MyBeauty TV)

(Kawża T-240/11) (1)

(Trade mark Komunitarja - Proċedimenti ta’ oppożizzjoni - Spejjeż li jistgħu jinġabru quddiem l-UASI - Spejjeż ta’ rappreżentanza minn impjegat - Artikolu 85(1) tar-Regolament (KE) Nru 207/2009 - Rikors manifestament infondat fid-dritt)

2012/C 287/57

Lingwa tal-kawża: l-Ingliż

Partijiet

Rikorrenti: L’Oréal (Pariġi, Franza) (rappreżentanti: A. von Mühlendahl u S. Abel, avukati)

Konvenut: L-Uffiċċju għall-Armonizzazzjoni fis-Suq Intern (Trade marks u Disinni) (rappreżentant: P. Bullock, aġent)

Parti oħra fil-proċedimenti quddiem il-Bord tal-Appell tal-UASI: United Global Media Group, Inc. (El Segundo, California, l-Istati Uniti)

Suġġett

Rikors ippreżentat kontra d-deċiżjoni tal-Ewwel Bord tal-Appell tal-UASI, tat-3 ta’ Frar 2011 (Każ R 898/2010-1), dwar proċedimenti ta’ oppożizzjoni bejn United Global Media Group, Inc. U L’Oréal.

Dispożittiv

(1)

Ir-rikors huwa miċħud.

(2)

L’Oréal SA hija kkundannata għall-ispejjeż.


(1)  ĠU C 204, 09.07.2011.


Top