Choose the experimental features you want to try

This document is an excerpt from the EUR-Lex website

Document 62011TA0471

    Kawża T-471/11: Sentenza tal-Qorti Ġenerali tal- 5 ta’ Settembru 2014 – Éditions Odile Jacob vs Il-Kummissjoni ( “Kompetizzjoni — Konċentrazzjonijiet — Suq tal-pubblikazzjoni tal-kotba — Deċiżjoni li tiddikjara l-konċentrazzjoni kompatibbli mas-suq komuni bil-kundizzjoni ta’ ċessjoni mill-ġdid ta’ assi — Deċiżjoni ta’ approvazzjoni tax-xerrej tal-assi ċeduti — Deċiżjoni meħuda wara l-annullament mill-Qorti Ġenerali tad-deċiżjoni inizjali li tikkonċerna l-istess proċedura — Interess ġuridiku — Ksur tal-Artikolu 266 TFUE — Ksur tal-impenji imposti mid-deċiżjoni ta’ awtorizzazzjoni kundizzjonali — Distinzjoni bejn kundizzjonijiet u obbligi — Prinċipju ta’ nuqqas ta’ retroattività — Evalwazzjoni tal-kandidatura taċ-ċessjonarju — Indipendenza taċ-ċessjonarju meta mqabbel maċ-ċedent — Użu ħażin ta’ poter — Obbligu ta’ motivazzjoni” )

    ĠU C 372, 20.10.2014, p. 13–13 (BG, ES, CS, DA, DE, ET, EL, EN, FR, HR, IT, LV, LT, HU, MT, NL, PL, PT, RO, SK, SL, FI, SV)

    20.10.2014   

    MT

    Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

    C 372/13


    Sentenza tal-Qorti Ġenerali tal-5 ta’ Settembru 2014 – Éditions Odile Jacob vs Il-Kummissjoni

    (Kawża T-471/11) (1)

    ((“Kompetizzjoni - Konċentrazzjonijiet - Suq tal-pubblikazzjoni tal-kotba - Deċiżjoni li tiddikjara l-konċentrazzjoni kompatibbli mas-suq komuni bil-kundizzjoni ta’ ċessjoni mill-ġdid ta’ assi - Deċiżjoni ta’ approvazzjoni tax-xerrej tal-assi ċeduti - Deċiżjoni meħuda wara l-annullament mill-Qorti Ġenerali tad-deċiżjoni inizjali li tikkonċerna l-istess proċedura - Interess ġuridiku - Ksur tal-Artikolu 266 TFUE - Ksur tal-impenji imposti mid-deċiżjoni ta’ awtorizzazzjoni kundizzjonali - Distinzjoni bejn kundizzjonijiet u obbligi - Prinċipju ta’ nuqqas ta’ retroattività - Evalwazzjoni tal-kandidatura taċ-ċessjonarju - Indipendenza taċ-ċessjonarju meta mqabbel maċ-ċedent - Użu ħażin ta’ poter - Obbligu ta’ motivazzjoni”))

    2014/C 372/16

    Lingwa tal-kawża: il-Franċiż

    Partijiet

    Rikorrenti: Éditions Odile Jacob SAS (Paris, Franza) (rappreżentanti: inizjalment minn O. Fréget, M. Struys u L. Eskenazi, sussegwentement minn O. Fréget, L. Eskenazi u D. Béranger u fl-aħħar nett minn O. Fréget u L. Eskenazi, avukati)

    Konvenuta: Il-Kummissjoni Ewropea (rappreżentanti: C. Giolito, O. Beynet u S. Noë, aġenti)

    Partijiet intervenjanti insostenn tal-konvenuta: Lagardère SCA (Pariġi, Franza) (rappreżentanti: A. Winckler, F. de Bure, J.-B. Pinçon u L.Bary, avukati); u Wendel (Pariġi) (rappreżentanti: M. Trabucchi, F. Gordon u A. Gosset-Grainville, avukati)

    Suġġett

    Talba għall-annullament tad-Deċiżjoni tal-Kummissjoni C (2011) 3503, tat-13 ta’ Mejju 2011, meħuda fil-Każ COMP/M.2978 – Lagardère/Natexis/VUP, wara s-sentenza tat-13 ta’ Settembru 2010, Éditions Odile Jacob vs Il-Kummissjoni (T-452/04, Ġabra, EU:T:2010:385), li permezz tagħha l-Kummissjoni approvat għal darba oħra lil Wendel Investissement bħala x-xerrejja tal-assi ċeduti abbażi tal-impenji relatati mad-deċiżjoni tal-Kummissjoni tas-7 ta’ Jannar 2004 li tawtorizza t-tranżazzjoni ta’ konċentrazzjoni Lagardère/Natexis/VUP

    Dispożittiv

    1)

    Ir-rikors huwa miċħud.

    2)

    L-Éditions Odile Jacob SAS huma kkundannati għall-ispejjeż inklużi dawk relatati mal-proċeduri għal miżuri provviżorji.


    (1)  ĠU C 305, 15.10.2011.


    Top