This document is an excerpt from the EUR-Lex website
Document 62011TA0439
Case T-439/11: Judgment of the General Court of 9 December 2014 — Sport-pari v Council (Common foreign and security policy — Restrictive measures adopted against Belarus — Freezing of funds — Obligation to state reasons — Rights of the defence — Right to be heard — Error of assessment)
Kawża T-439/11: Sentenza tal-Qorti Ġenerali tad- 9 ta’ Diċembru 2014 – Sport-pari vs Il-Kunsill ( “Politika barranija u ta’ sigurtà komuni — Miżuri restrittivi meħuda kontra l-Bjelorussja — Iffriżar ta’ fondi — Obbligu ta’ motivazzjoni — Drittijiet tad-difiża — dritt għal smigħ — Żball ta’ evalwazzjoni” )
Kawża T-439/11: Sentenza tal-Qorti Ġenerali tad- 9 ta’ Diċembru 2014 – Sport-pari vs Il-Kunsill ( “Politika barranija u ta’ sigurtà komuni — Miżuri restrittivi meħuda kontra l-Bjelorussja — Iffriżar ta’ fondi — Obbligu ta’ motivazzjoni — Drittijiet tad-difiża — dritt għal smigħ — Żball ta’ evalwazzjoni” )
ĠU C 34, 2.2.2015, p. 28–29
(BG, ES, CS, DA, DE, ET, EL, EN, FR, HR, IT, LV, LT, HU, MT, NL, PL, PT, RO, SK, SL, FI, SV)
2.2.2015 |
MT |
Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea |
C 34/28 |
Sentenza tal-Qorti Ġenerali tad-9 ta’ Diċembru 2014 – Sport-pari vs Il-Kunsill
(Kawża T-439/11) (1)
((“Politika barranija u ta’ sigurtà komuni - Miżuri restrittivi meħuda kontra l-Bjelorussja - Iffriżar ta’ fondi - Obbligu ta’ motivazzjoni - Drittijiet tad-difiża - dritt għal smigħ - Żball ta’ evalwazzjoni”))
(2015/C 034/32)
Lingwa tal-kawża: l-Ingliż
Partijiet
Rikorrenti: Sport-pari ZAO (Minsk, il-Bjelorussja) (rappreżentanti: V. Vaitkutė Pavan, A. Smaliukas, E. Matulionyte u T. Milašauskas, avukati)
Konvenut: Il-Kunsill tal-Unjoni Ewropea (rappreżentanti: F. Naert u M. Bishop, aġenti)
Intervenjenti insostenn tal-konvenuta: Il-Kummissjoni Ewropea (rappreżentanti: T. Scharf u E. Paasivirta, aġenti)
Suġġett
Talba għall-annullament tad-Deċiżjoni tal-Kunsill 2011/357/PESK, tal-20 ta’ Ġunju 2011, li temenda d-Deċiżjoni 2010/639/PESK, dwar miżuri restrittivi kontra ċerti uffiċjali tal-Bjelorussja (ĠU L 161, p. 25), tar-Regolament tal-Kunsill (UE) Nru 588/2011, tal-20 ta’ Ġunju 2011, li jemenda r-Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 765/2006 dwar miżuri restrittivi kontra l-President Lukashenko u ċerti uffiċjali tal-Bjelorussja (ĠU L 161, p. 1), tad-Deċiżjoni tal-Kunsill 2011/666/PESK, tal-10 ta’ Ottubru 2011, li temenda [d-Deċiżjoni] tal-Kunsill 2010/639/PESK dwar miżuri restrittivi kontra l-Bjelorussja (ĠU L 265, p. 17), tar-Regolament Implimentattiv tal-Kunsill (UE) Nru 1000/2011, tal-10 ta’ Ottubru 2011, li jimplimenta l-Artikolu 8a(1) tar-Regolament (KE) Nru 765/2006 dwar miżuri restrittivi fir-rigward tal-Bjelorussja (ĠU L 265, p. 8), tad-Deċiżjoni tal-Kunsill 2012/642/PESK, tal-15 ta’ Ottubru 2012, dwar miżuri restrittivi kontra l-Bjelorussja (ĠU L 285, p. 1), tar-Regolament ta’ Implimentazzjoni tal-Kunsill (UE) Nru 1017/2012, tas-6 ta’ Novembru 2012, li jimplimenta l-Artikolu 8a(1) tar-Regolament (KE) Nru 765/2006 dwar miżuri restrittivi fir-rigward tal-Bjelorussja (ĠU L 307, p. 7), sa fejn dawn l-atti jikkonċernaw lir-rikorrent.
Dispożittiv
1) |
Id-Deċiżjoni tal-Kunsill 2011/357/PESK, tal-20 ta’ Ġunju 2011, li temenda d-Deċiżjoni 2010/639/PESK, dwar miżuri restrittivi kontra ċerti uffiċjali tal-Bjelorussja, ir-Regolament tal-Kunsill (UE) Nru 588/2011, tal-20 ta’ Ġunju 2011, li jemenda r-Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 765/2006 dwar miżuri restrittivi kontra l-President Lukashenko u ċerti uffiċjali tal-Bjelorussja, id-Deċiżjoni tal-Kunsill 2011/666/PESK, tal-10 ta’ Ottubru 2011, li temenda [d-Deċiżjoni] tal-Kunsill 2010/639/PESK dwar miżuri restrittivi kontra l-Bjelorussja, ir-Regolament Implimentattiv tal-Kunsill (UE) Nru 1000/2011, tal-10 ta’ Ottubru 2011, li jimplimenta l-Artikolu 8a(1) tar-Regolament (KE) Nru 765/2006 dwar miżuri restrittivi fir-rigward tal-Bjelorussja, id-Deċiżjoni tal-Kunsill 2012/642/PESK, tal-15 ta’ Ottubru 2012, dwar miżuri restrittivi kontra l-Bjelorussja, u r-Regolament ta’ Implimentazzjoni tal-Kunsill (UE) Nru 1017/2012, tas-6 ta’ Novembru 2012, li jimplimenta l-Artikolu 8a(1) tar-Regolament (KE) Nru 765/2006 dwar miżuri restrittivi fir-rigward tal-Bjelorussja, huma annullati, sa fejn jikkonċernaw lil Sport-pari ZAO. |
2) |
Il-Kunsill tal-Unjoni Ewropea għandu jbati, minbarra l-ispejjeż tiegħu, dawk sostnuti minn Sport-pari. |
3) |
Il-Kummissjoni Ewropea għandha tbati l-ispejjeż tagħha. |