This document is an excerpt from the EUR-Lex website
Document 62011TA0401(01)
Case T-401/11: Judgment of the General Court of 7 December 2017 — Missir Mamachi di Lusignano and Others v Commission (Appeal — Civil service — Officials — Murder of an official and his wife — Rule of correspondence between request, complaint and action regarding compensation — Obligation to ensure the security of staff serving the Union — Causal link — Material damage — Joint and several liability — Consideration of the benefits laid down in the Staff Regulations — Non-material damage — Liability of an institution for the non-material damage of a deceased official — Liability of an institution for the non-material damage of the beneficiaries of a deceased official)
Kawża T-401/11 P RENV-RX: Sentenza tal-Qorti Ġenerali tas-7 ta’ Diċembru 2017 – Missir Mamachi di Lusignano et vs Il-Kummissjoni “Appell — Servizz pubbliku — Uffiċjali — Qtil ta’ uffiċjal u tal-konjuġi tiegħu — Regola ta’ konkordanza bejn it-talba, l-ilment u r-rikors għad-danni — Obbligu li tiġi żgurata s-sigurtà tal-persunal fis-servizz tal-Unjoni — Rabta kawżali — Danni materjali — Responsabbiltà in solidum — Teħid inkunsiderazzjoni tal-benefiċċji previsti fir-Regolamenti tal-Persunal — Dannu morali — Responsabbiltà ta’ istituzzjoni fid-dannu morali ta’ uffiċjal deċedut — Responsabbiltà ta’ istituzzjoni fid-dannu morali tal-aventi kawża ta’ uffiċjal deċedut”
Kawża T-401/11 P RENV-RX: Sentenza tal-Qorti Ġenerali tas-7 ta’ Diċembru 2017 – Missir Mamachi di Lusignano et vs Il-Kummissjoni “Appell — Servizz pubbliku — Uffiċjali — Qtil ta’ uffiċjal u tal-konjuġi tiegħu — Regola ta’ konkordanza bejn it-talba, l-ilment u r-rikors għad-danni — Obbligu li tiġi żgurata s-sigurtà tal-persunal fis-servizz tal-Unjoni — Rabta kawżali — Danni materjali — Responsabbiltà in solidum — Teħid inkunsiderazzjoni tal-benefiċċji previsti fir-Regolamenti tal-Persunal — Dannu morali — Responsabbiltà ta’ istituzzjoni fid-dannu morali ta’ uffiċjal deċedut — Responsabbiltà ta’ istituzzjoni fid-dannu morali tal-aventi kawża ta’ uffiċjal deċedut”
ĠU C 32, 29.1.2018, p. 19–20
(BG, ES, CS, DA, DE, ET, EL, EN, FR, HR, IT, LV, LT, HU, MT, NL, PL, PT, RO, SK, SL, FI, SV)
29.1.2018 |
MT |
Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea |
C 32/19 |
Sentenza tal-Qorti Ġenerali tas-7 ta’ Diċembru 2017 – Missir Mamachi di Lusignano et vs Il-Kummissjoni
(Kawża T-401/11 P RENV-RX) (1)
(“Appell - Servizz pubbliku - Uffiċjali - Qtil ta’ uffiċjal u tal-konjuġi tiegħu - Regola ta’ konkordanza bejn it-talba, l-ilment u r-rikors għad-danni - Obbligu li tiġi żgurata s-sigurtà tal-persunal fis-servizz tal-Unjoni - Rabta kawżali - Danni materjali - Responsabbiltà in solidum - Teħid inkunsiderazzjoni tal-benefiċċji previsti fir-Regolamenti tal-Persunal - Dannu morali - Responsabbiltà ta’ istituzzjoni fid-dannu morali ta’ uffiċjal deċedut - Responsabbiltà ta’ istituzzjoni fid-dannu morali tal-aventi kawża ta’ uffiċjal deċedut”)
(2018/C 032/25)
Lingwa tal-kawża: it-Taljan
Partijiet
Appellanti: Stefano Missir Mamachi di Lusignano (Shanghai, iċ-Ċina) u s-6 appellanti l-oħra li isimhom jinsab fl-anness mas-sentenza (rappreżentanti: F. Di Gianni, G. Coppo u A. Scalini, avukati)
Appellata: Il-Kummissjoni Ewropea (rappreżentanti: G. Gattinara u D. Martin, aġenti)
Suġġett
Appell mis-sentenza tat-Tribunal għas-Servizz Pubbliku tal-Unjoni Ewropea (L-Ewwel Awla) tat-12 ta’ Mejju 2011, Missir Mamachi di Lusignano vs Il-Kummissjoni (F-50/09, EU:F:2011:55), intiż għall-annullament ta’ dik is-sentenza.
Dispożittiv
1) |
Is-sentenza tat-12 ta’ Mejju 2011, Missir Mamachi di Lusignano vs Il-Kummissjoni (F-50/09), hija annullata sa fejn it-Tribunal għas-Servizz Pubbliku tal-Unjoni Ewropea laqa’ l-eċċezzjoni ta’ inammissibbiltà mqajma mill-Kummissjoni Ewropea fil-konfront tat-talba għall-kumpens tad-dannu morali mġarrab minn Carlo Missir Mamachi di Lusignano, Giustina Missir Mamachi di Lusignano, Filiberto Missir Mamachi di Lusignano u Tommaso Missir Mamachi di Lusignano, bit-tnejn tal-aħħar irrappreżentati minn Anne Sintobin. |
2) |
Is-sentenza tat-12 ta’ Mejju 2011, Missir Mamachi di Lusignano vs Il-Kummissjoni (F-50/09), hija annullata sa fejn it-Tribunal għas-Servizz Pubbliku laqa’ l-eċċezzjoni ta’ inammissibbiltà mqajma mill-Kummissjoni fil-konfront tat-talba għall-kumpens tad-dannu morali mġarrab minn Livio Missir Mamachi di Lusignano. |
3) |
Is-sentenza tat-12 ta’ Mejju 2011, Missir Mamachi di Lusignano vs Il-Kummissjoni (F-50/09), hija annullata sa fejn it-Tribunal għas-Servizz Pubbliku llimita r-responsabbiltà tal-Kummissjoni fil-livell ta’ 40 % tad-dannu materjali mġarrab minn Carlo Missir Mamachi di Lusignano, Giustina Missir Mamachi di Lusignano, Filiberto Missir Mamachi di Lusignano u Tommaso Missir Mamachi di Lusignano, bit-tnejn tal-aħħar irrappreżentati minn A. Sintobin. |
4) |
Il-kumplament tal-appell huwa miċħud. |
5) |
Il-Kummissjoni hija kkundannata in solidum tħallas ammont ta’ EUR 3 miljuni, wara li jitnaqqsu l-benefiċċji previsti fir-Regolamenti tal-Persunal li huma meqjusa li jagħmlu parti minn dan l-ammont u li tħallsu jew li għandhom jitħallsu lil Carlo Missir Mamachi di Lusignano, Giustina Missir Mamachi di Lusignano, Filiberto Missir Mamachi di Lusignano u M. Tommaso Missir Mamachi di Lusignano, bit-tnejn tal-aħħar irrappreżentati minn A. Sintobin, fir-rigward tad-dannu materjali mġarrab minnhom. |
6) |
Il-Kummissjoni hija kkundannata in solidum tħallas ammont ta’ EUR 100 000 lil Carlo Missir Mamachi di Lusignano, fir-rigward tad-dannu morali mġarrab minnu. |
7) |
Il-Kummissjoni hija kkundannata in solidum tħallas ammont ta’ EUR 100 000 lil Giustina Missir Mamachi di Lusignano, fir-rigward tad-dannu morali mġarrab minnha. |
8) |
Il-Kummissjoni hija kkundannata in solidum tħallas ammont ta’ EUR 100 000 lil Tommaso Missir Mamachi di Lusignano, irrappreżentat min A. Sintobin, fir-rigward tad-dannu morali mġarrab minnu. |
9) |
Il-Kummissjoni hija kkundannata in solidum tħallas ammont ta’ EUR 100 000 lil Filiberto Missir Mamachi di Lusignano, irrappreżentat min A. Sintobin, fir-rigward tad-dannu morali mġarrab minnu. |
10) |
Il-Kummissjoni hija kkundannata in solidum tħallas ammont globali ta’ EUR 50 000 lil Stefano Missir Mamachi di Lusignano u lill-appellanti l-oħra li isimhom jinsab fl-anness, bħala eredi ta’ Livio Missir Mamachi di Lusignano, fir-rigward tad-dannu morali mġarrab minn dan tal-aħħar. |
11) |
Il-kumpens imsemmi fil-punti 6 sa 10 iktar ’il fuq għandhom jiżdiedu b’interessi moratorji, b’effett mill-għoti ta’ din is-sentenza u sal-pagament sħiħ tiegħu, bir-rata ffissata mill-Bank Ċentrali Ewropew fir-rigward tal-operazzjonijiet prinċipali ta’ rifinanzjament tiegħu, miżjuda b’żewġ punti perċentwali. |
12) |
Il-kumplament tar-rikors huwa miċħud. |
13) |
Il-Kummissjoni hija kkundannata għall-ispejjeż marbuta mal-proċedura tal-appell. |
14) |
Il-Kummissjoni hija kkundannata għall-ispejjeż marbuta mal-proċedura tal-ewwel istanza. |