EUR-Lex Access to European Union law

Back to EUR-Lex homepage

This document is an excerpt from the EUR-Lex website

Document 62011TA0260

Kawża T-260/11: Sentenza tal-Qorti Ġenerali tat- 18 ta’ Ġunju 2014 – Spanja vs Il-Kummissjoni ( “Sajd — Konservazzjoni tar-riżorsi ħajjin tal-baħar — Eċċess minn Spanja tal-kwoti tal-kavalli fiż-żoni VIII c, IX u X u fl-ilmijiet tal-Unjoni Ewropea tal-Copace 34.1.1 attribwiti għall-2010 — Tnaqqis fuq il-kwoti ta’ ħut allokati għas-snin 2011 sa 2015 — Drittijiet tad-difiża — Ċertezza legali — Aspettattivi leġittimi — Ugwaljanza fit-trattament” )

ĠU C 253, 4.8.2014, p. 24–25 (BG, ES, CS, DA, DE, ET, EL, EN, FR, HR, IT, LV, LT, HU, MT, NL, PL, PT, RO, SK, SL, FI, SV)

4.8.2014   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

C 253/24


Sentenza tal-Qorti Ġenerali tat-18 ta’ Ġunju 2014 – Spanja vs Il-Kummissjoni

(Kawża T-260/11) (1)

((“Sajd - Konservazzjoni tar-riżorsi ħajjin tal-baħar - Eċċess minn Spanja tal-kwoti tal-kavalli fiż-żoni VIII c, IX u X u fl-ilmijiet tal-Unjoni Ewropea tal-Copace 34.1.1 attribwiti għall-2010 - Tnaqqis fuq il-kwoti ta’ ħut allokati għas-snin 2011 sa 2015 - Drittijiet tad-difiża - Ċertezza legali - Aspettattivi leġittimi - Ugwaljanza fit-trattament”))

2014/C 253/34

Lingwa tal-kawża: l-Ispanjol

Partijiet

Rikorrent: Ir-Renju ta’ Spanja (rappreżentanti: inizjalment N. Díaz Abad u L. Banciella Rodríguez-Miñón, sussegwentement M. Sampoll Pucurull u Banciella Rodríguez-Miñón, abogados del Estado)

Konvenuta: Il-Kummissjoni Ewropea (rappreżentanti: A. Bouquet, F. Jimeno Fernández u D. Nardi, aġenti)

Suġġett

Talba għall-annullament tar-Regolament tal-Kummissjoni (UE) Nru 165/2011, tat-22 ta’ Frar 2011, li jipprovdi għal tnaqqis minn ċerti kwoti tal-kavalli allokati lil Spanja għall-2011 u fis-snin sussegwenti minħabba s-sajd żejjed fl-2010 (ĠU L 48, p. 11).

Dispożittiv

1)

Ir-rikors huwa miċħud.

2)

Ir-Renju ta’ Spanja għandu jbati l-ispejjeż tiegħu kif ukoll dawk sostnuti mill-Kummissjoni Ewropea.


(1)  ĠU C 211, 16.07.2011.


Top