This document is an excerpt from the EUR-Lex website
Document 62011TA0067
Case T-67/11: Judgment of the General Court of 16 December 2015 — Martinair Holland v Commission (Competition — Agreements, decisions and concerted practices — European airfreight market — Agreements and concerted practices in respect of several elements of the pricing of airfreight services (imposition of fuel and security surcharges, refusal to pay commission on surcharges) — Article 101 TFEU, Article 53 of the EEA Agreement and Article 8 of the Agreement between the European Community and Switzerland on Air Transport — Obligation to state reasons)
Kawża T-67/11: Sentenza tal-Qorti Ġenerali tas-16 ta’ Diċembru 2015 – Martinair Holland vs Il-Kummissjoni (“Kompetizzjoni — Akkordji — Suq Ewropew tal-ġarr ta’ merkanzija bl-ajru — Ftehimiet u prattiki miftiehma fuq diversi elementi tal-prezzijiet tas-servizzi ta’ ġarr ta’ merkanzija bl-ajru (stabbiliment ta’ sovrataxxi marbuta mal-karburant u ta’ sovrataxxi marbuta mas-sigurtà, rifjut ta’ ħlas ta’ kummissjoni fuq is-sovrataxxi) — Artikolu 101 TFUE, Artikolu 53 tal-Ftehim ŻEE u Artikolu 8 tal-Ftehim bejn il-Komunità Ewropea u l-Konfederazzjoni Svizzera dwar it-trasport bl-ajru — Obbligu ta’ motivazzjoni”)
Kawża T-67/11: Sentenza tal-Qorti Ġenerali tas-16 ta’ Diċembru 2015 – Martinair Holland vs Il-Kummissjoni (“Kompetizzjoni — Akkordji — Suq Ewropew tal-ġarr ta’ merkanzija bl-ajru — Ftehimiet u prattiki miftiehma fuq diversi elementi tal-prezzijiet tas-servizzi ta’ ġarr ta’ merkanzija bl-ajru (stabbiliment ta’ sovrataxxi marbuta mal-karburant u ta’ sovrataxxi marbuta mas-sigurtà, rifjut ta’ ħlas ta’ kummissjoni fuq is-sovrataxxi) — Artikolu 101 TFUE, Artikolu 53 tal-Ftehim ŻEE u Artikolu 8 tal-Ftehim bejn il-Komunità Ewropea u l-Konfederazzjoni Svizzera dwar it-trasport bl-ajru — Obbligu ta’ motivazzjoni”)
ĠU C 48, 8.2.2016, p. 41–41
(BG, ES, CS, DA, DE, ET, EL, EN, FR, HR, IT, LV, LT, HU, MT, NL, PL, PT, RO, SK, SL, FI, SV)
8.2.2016 |
MT |
Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea |
C 48/41 |
Sentenza tal-Qorti Ġenerali tas-16 ta’ Diċembru 2015 – Martinair Holland vs Il-Kummissjoni
(Kawża T-67/11) (1)
((“Kompetizzjoni - Akkordji - Suq Ewropew tal-ġarr ta’ merkanzija bl-ajru - Ftehimiet u prattiki miftiehma fuq diversi elementi tal-prezzijiet tas-servizzi ta’ ġarr ta’ merkanzija bl-ajru (stabbiliment ta’ sovrataxxi marbuta mal-karburant u ta’ sovrataxxi marbuta mas-sigurtà, rifjut ta’ ħlas ta’ kummissjoni fuq is-sovrataxxi) - Artikolu 101 TFUE, Artikolu 53 tal-Ftehim ŻEE u Artikolu 8 tal-Ftehim bejn il-Komunità Ewropea u l-Konfederazzjoni Svizzera dwar it-trasport bl-ajru - Obbligu ta’ motivazzjoni”))
(2016/C 048/45)
Lingwa tal-kawża: l-Ingliż
Partijiet
Rikorrenti: Martinair Holland NV (Haarlemmermeer, il-Pajjiżi l-Baxxi) (rappreżentant: R. Wesseling, avukat)
Konvenuta: Il-Kummissjoni Ewropea (rappreżentanti: inizjalment S. Noë, N. von Lingen u C. Giolito, sussegwentement S. Noë, C. Giolito u A. Dawes, aġenti, assistiti minn B. Doherty, barrister)
Suġġett
Talba għall-annullament tad-Deċiżjoni tal-Kummissjoni C (2010) 7694 finali, tad-9 ta’ Novembru 2010, li tirrigwarda proċedura skont l-Artikolu 101 tat-Trattat dwar il-Funzjonament tal-Unjoni Ewropea, l-Artikolu 53 tal-Ftehim ŻEE u l-Artikolu 8 tal-Ftehim bejn il-Komunità Ewropea u l-Konfederazzjoni Svizzera dwar it-trasport bl-ajru (Każ C[OMP/].39258 – Trasport ta’ merkanzija bl-ajru), sa fejn din tirrigwarda lir-rikorrenti, jew, minn tal-inqas, għall-annullament tal-Artikolu 5(b) ta’ din id-deċiżjoni, sa fejn dan jimponi multa fuq ir-rikorrenti, jew it-tnaqqis ta’ din il-multa.
Dispożittiv
1) |
Id-Deċiżjoni tal-Kummissjoni C (2010) 7694, tad-9 ta’ Novembru 2010, li tirrigwarda proċedura skont l-Artikolu 101 tat-Trattat dwar il-Funzjonament tal-Unjoni Ewropea, l-Artikolu 53 tal-Ftehim ŻEE u l-Artikolu 8 tal-Ftehim bejn il-Komunità Ewropea u l-Konfederazzjoni Svizzera dwar it-trasport bl-ajru (Każ C[OMP/].39258 – Trasport ta’ merkanzija bl-ajru), hija annullata sa fejn din tirrigwarda lil Martinair Holland NV. |
2) |
Il-Kummissjoni Ewropea hija kkundannata kemm għall-ispejjeż tagħha kif ukoll għal dawk sostnuti minn Martinair Holland. |