Choose the experimental features you want to try

This document is an excerpt from the EUR-Lex website

Document 62011TA0036

    Kawża T-36/11: Sentenza tal-Qorti Ġenerali tas-16 ta’ Diċembru 2015 – Japan Airlines vs Il-Kummissjoni [“Kompetizzjoni — Akkordji — Suq Ewropew tal-ġarr ta’ merkanzija bl-ajru — Ftehimiet u prattiki miftiehma fuq diversi elementi tal-prezzjiet tas-servizzi ta’ ġarr ta’ merkanzija bl-ajru (stabbiliment ta’ sovrataxxi marbuta mal-karbunat u ta’ sovrataxxi marbuta mis-sigurtà, rifjut ta’ ħlas ta’ kummissjoni fuq is-sovrataxxi) — Artikolu 101 TFUE, Artikolu 53 tal-Ftehim ŻEE u Artikolu 8 tal-Ftehim bejn il-Komunità Ewropea u l-Konfederazzjoni Svizzera dwar it-trasport bl-ajru — Obbligu ta’ motivazzjoni”]

    ĠU C 48, 8.2.2016, p. 31–31 (BG, ES, CS, DA, DE, ET, EL, EN, FR, HR, IT, LV, LT, HU, MT, NL, PL, PT, RO, SK, SL, FI, SV)

    8.2.2016   

    MT

    Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

    C 48/31


    Sentenza tal-Qorti Ġenerali tas-16 ta’ Diċembru 2015 – Japan Airlines vs Il-Kummissjoni

    (Kawża T-36/11) (1)

    ([“Kompetizzjoni - Akkordji - Suq Ewropew tal-ġarr ta’ merkanzija bl-ajru - Ftehimiet u prattiki miftiehma fuq diversi elementi tal-prezzjiet tas-servizzi ta’ ġarr ta’ merkanzija bl-ajru (stabbiliment ta’ sovrataxxi marbuta mal-karbunat u ta’ sovrataxxi marbuta mis-sigurtà, rifjut ta’ ħlas ta’ kummissjoni fuq is-sovrataxxi) - Artikolu 101 TFUE, Artikolu 53 tal-Ftehim ŻEE u Artikolu 8 tal-Ftehim bejn il-Komunità Ewropea u l-Konfederazzjoni Svizzera dwar it-trasport bl-ajru - Obbligu ta’ motivazzjoni”])

    (2016/C 048/35)

    Lingwa tal-kawża: l-Ingliż

    Partijiet

    Rikorrenti: Japan Airlines Co. Ltd, li kienet Japan Airlines International Co. Ltd (Tokyo, il-Ġappun) (rappreżentanti: J.-F. Bellis, K. Van Hove, avukati, u R. Burton, solicitor)

    Konvenuta: Il-Kummissjoni Ewropea (rappreżentanti: inizjalment N. von Lingen u S. Noë, sussegwentment S. Noë u J. Bourke u finalment A. Dawes, aġenti, assistiti minn J. Holmes, barrister)

    Suġġett

    Talba għall-annullament tad-Deċiżjoni tal-Kummissjoni C (2010) 7694 finali, tad-9 ta’ Novembru 2010, li tirrigwarda proċedura skont l-Artikolu 101 TFUE, l-Artikolu 53 tal-Ftehim ŻEE u l-Artikolu 8 tal-Ftehim bejn il-Komunità Ewropea u l-Konfederazzjoni Svizzera dwar it-trasport bl-ajru (Każ COMP/39258 – Trasport ta’ merkanzija bl-ajru), u, sussidjarjament, għat-tnaqqis tal-ammont tal-multa imposta fuq ir-rikorrenti u fuq Japan Airline Corp.

    Dispożittiv

    1)

    Id-Deċiżjoni tal-Kummissjoni C (2010) 7694 finali, tad-9 ta’ Novembru 2010, li tirrigwarda proċedura skont l-Artikolu 101 TFUE, l-Artikolu 53 tal-Ftehim ŻEE u l-Artikolu 8 tal-Ftehim bejn il-Komunità Ewropea u l-Konfederazzjoni Svizzera dwar it-trasport bl-ajru (Każ COMP/39258 – Trasport ta’ merkanzija bl-ajru), hija annullata, sa fejn din tirrigwarda lil Japan Airlines Co. Ltd u lil Japan Airline Corp.

    2)

    Il-kumplament tar-rikors huwa miċħud.

    3)

    Il-Kummissjoni Ewropea hija kkundannata tbati l-ispejjeż tagħha kif ukoll l-ispejjeż sostnuti minn Japan Airlines Co. Ltd.


    (1)  ĠU C 80, 12.03.2011.


    Top