Choose the experimental features you want to try

This document is an excerpt from the EUR-Lex website

Document 62011FA0045

    Kawża F-45/11: Sentenza tat-Tribunal għas-Servizz Pubbliku (Imħallef uniku) tat-18 ta’ Diċembru 2015 – Nicola vs BEI (Servizz pubbliku — Persunal tal-BEI — Evalwazzjoni — Rapport ta’ evalwazzjoni 2009 — Illegalità tad-deċiżjoni tal-Kumitat tal-Appell — Rifjut ta’ promozzjoni — Ma hemmx lok li tingħata deċiżjoni)

    ĠU C 48, 8.2.2016, p. 88–88 (BG, ES, CS, DA, DE, ET, EL, EN, FR, HR, IT, LV, LT, HU, MT, NL, PL, PT, RO, SK, SL, FI, SV)

    8.2.2016   

    MT

    Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

    C 48/88


    Sentenza tat-Tribunal għas-Servizz Pubbliku (Imħallef uniku) tat-18 ta’ Diċembru 2015 – Nicola vs BEI

    (Kawża F-45/11) (1)

    ((Servizz pubbliku - Persunal tal-BEI - Evalwazzjoni - Rapport ta’ evalwazzjoni 2009 - Illegalità tad-deċiżjoni tal-Kumitat tal-Appell - Rifjut ta’ promozzjoni - Ma hemmx lok li tingħata deċiżjoni))

    (2016/C 048/97)

    Lingwa tal-kawża: it-Taljan

    Partijiet

    Rikorrent: Carlo De Nicola (Strassen, il-Lussemburgu) (rappreżentant: L. Isola, avukat)

    Konvenut: Il-Bank Ewropew tal-Investiment (rappreżentanti: G. Nuvoli u T. Gilliams, aġenti, A. Dal Ferro, avukat)

    Suġġett tal-kawża

    Talba għall-annullament tar-rapport ta’ evalwazzjoni tar-rikorrent għas-sena 2009 sa fejn ma jagħtihx il-marka A jew B+ u ma jipproponihx għal promozzjoni għall-funzjoni D.

    Dispożittiv

    1)

    Id-deċiżjoni tal-Kumitat tal-Appell tal-Bank Ewropew tal-Investiment tat-22 ta’ Settembru 2010 hija annullata.

    2)

    Ma hemmx lok li tingħata deċiżjoni fuq it-talbiet għall-annullament tar-rapport ta’ evalwazzjoni għas-sena 2009, tad-deċiżjoni ta’ rifjut ta’ promozzjoni tal-25 ta’ Marzu 2010 u tal-“atti kollha relatati, konsekuttivi u preċedenti”.

    3)

    Il-kumplament tar-rikors huwa miċħud.

    4)

    Il-Bank Ewropew tal-Investiment għandu jbati l-ispejjeż tiegħu u huwa kkundannat ibati l-ispejjeż sostnuti minn C. De Nicola.


    (1)  ĠU C 186, 25.6.2011, p. 35.


    Top