Choose the experimental features you want to try

This document is an excerpt from the EUR-Lex website

Document 62011CN0471

Kawża C-471/11: Talba għal deċiżjoni preliminari mressqa mill-Augstākās tiesas Senāts (il-Latvja) fl- 14 ta’ Settembru 2011 — SIA Cido Grupa vs Valsts ieņēmumu dienests

ĠU C 331, 12.11.2011, p. 13–14 (BG, ES, CS, DA, DE, ET, EL, EN, FR, IT, LV, LT, HU, MT, NL, PL, PT, RO, SK, SL, FI, SV)

12.11.2011   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

C 331/13


Talba għal deċiżjoni preliminari mressqa mill-Augstākās tiesas Senāts (il-Latvja) fl-14 ta’ Settembru 2011 — SIA “Cido Grupa” vs Valsts ieņēmumu dienests

(Kawża C-471/11)

2011/C 331/24

Lingwa tal-kawża: il-Latvjan

Qorti tar-rinviju

Augstākās tiesas Senāts.

Partijiet fil-kawża prinċipali

Rikorrenti: SIA “Cido Grupa”.

Konvenut: Valsts ieņēmumu dienests.

Domandi preliminari

(1)

It-tielet subparagrafu tal-Artikolu 6(3) tar-Regolament tal-Kummissjoni (KE) Nru 60/2004 (1), li jistabbilixxi miżuri transitorji fis-settur taz-zokkor bħala riżultat tad-dħul tar-Repubblika Ċeka, l-Estonja, Ċipru, il-Latvja, il-Litwanja, l-Ungerija, Malta, il-Polonja, l-Islovenja u l-Islovakkja [fl-Unjoni Ewropea], għandu jiġi interpretat fis-sens li, jekk kwantità żejda individwali ta’ xi prodott, li jista’ jiġi kklassifikat bħala zokkor fis-sens tal-Artikolu 4(1) tar-Regolament, ġiet ikkonstatata għand operator, huwa għandu l-obbligu li jħallas fil-baġit tal-Istat ammont li l-kalkolu tiegħu huwa bbażat mhux fuq il-kwantità ta’ prodott (pereżempju, xiropp taz-zokkor) realment ikkonstatata fil-pussess tiegħu, iżda fuq il-kwantità ta’ zokkor abjad (Kodiċi tan-Nomenklatura Magħquda 1701 99 10) li tikkorrispondi għall-kontenut ta’ zokkor tal-prodott ikkonstatat li l-operatur għandu fil-pussess tiegħu?

(2)

L-ogħla taxxa fuq l-importazzjoni li għandha tiġi inkluża fil-kalkolu ta’ dan l-ammont hija dik applikabbli għaz-zokkor abjad u mhux dik relatata mal-prodott li l-operatur għandu realment fil-pussess tiegħu?


(1)  ĠU Edizzjoni Speċjali bil-Malti, Kapitolu 3, Vol. 42, p. 125.


Top