Choose the experimental features you want to try

This document is an excerpt from the EUR-Lex website

Document 62011CN0469

Kawża C-469/11 P: Appell ippreżentat fl- 14 ta’ Settembru 2011 minn Evropaïki Dynamiki — Proigmena Systimata Tilepikoinonion Pliroforikis kai Tilematikis AE kontra d-digriet tal-Qorti Ġenerali (L-Ewwel Awla) mogħti fit- 22 ta’ Ġunju 2011 fil-Kawża T-409/09: Evropaïki Dynamiki — Proigmena Systimata Tilepikoinonion Pliroforikis kai Tilematikis AE vs Il-Kummissjoni Ewropea

ĠU C 331, 12.11.2011, p. 13–13 (BG, ES, CS, DA, DE, ET, EL, EN, FR, IT, LV, LT, HU, MT, NL, PL, PT, RO, SK, SL, FI, SV)

12.11.2011   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

C 331/13


Appell ippreżentat fl-14 ta’ Settembru 2011 minn Evropaïki Dynamiki — Proigmena Systimata Tilepikoinonion Pliroforikis kai Tilematikis AE kontra d-digriet tal-Qorti Ġenerali (L-Ewwel Awla) mogħti fit-22 ta’ Ġunju 2011 fil-Kawża T-409/09: Evropaïki Dynamiki — Proigmena Systimata Tilepikoinonion Pliroforikis kai Tilematikis AE vs Il-Kummissjoni Ewropea

(Kawża C-469/11 P)

2011/C 331/22

Lingwa tal-kawża: l-Ingliż

Partijiet

Appellanti: Evropaïki Dynamiki — Proigmena Systimata Tilepikoinonion Pliroforikis kai Tilematikis AE (rappreżentant: N. Korogiannakis, Δικηγόρος)

Parti oħra fil-proċedura: Il-Kummissjoni Ewropea

Talbiet tal-appellanti

L-appellanti titlob li l-Qorti tal-Ġustizzja jogħġobha:

tannulla d-digriet tal-Qorti Ġenerali fil-Kawża T-409/09,

tiċħad fl-intier tagħha l-eċċezzjoni ta’ inammissibbiltà mressqa mill-Kummissjoni,

tirrinvija l-kawża lill-Qorti Ġenerali sabiex tiddeċiedi l-mertu tal-kawża,

tikkundanna lill-Kummissjoni tħallas l-ispejjeż legali u spejjeż oħra tal-appellanti inklużi dawk sostnuti fil-kuntest tal-proċedura inizjali, anke jekk l-appell preżenti huwa miċħud kif ukoll dawk tal-appell preżenti, fil-każ li dan jiġi milqugħ.

Aggravji u argumenti prinċipali

L-appellanti ssostni li d-digriet appellat għandu jiġi annullata għar-raġunijiet li ġejjin:

Il-Qorti Ġenerali wettqet żball ta’ liġi billi ma applikatx id-dispożizzjoni tal-Artikolu 102(2) tar-Regoli tal-Proċedura li tirreferi għall-estensjoni, minħabba d-distanza, b’perijodu wieħed ta’10 ijiem għall-kawżi li jaslu biex jistabbilixxu r-responsabbiltà mhux kuntrattwali tal-isituzzjonijiet Ewropej.

Il-Qorti Ġenerali, billi ma applikatx id-dispożizzjonijiet tal-Artikolu 102(2), kisret il-prinċipji ta’ trattament ugwali u ta’ ċertezza legali.

Il-Qorti Ġenerali wettqet żball ta’ liġi billi aċċettat li l-perijodu ta’ preskrizzjoni beda jiddekorri minn meta d-deċiżjoni tal-Kummissjoni li tiċħad l-offerta tal-appellanti ġiet ikkomunikata lill-appellanti.


Top