This document is an excerpt from the EUR-Lex website
Document 62011CN0429
Case C-429/11 P: Appeal brought on 18 August 2011 by Gosselin Group NV, formerly Gosselin World Wide Moving NV, against the judgment delivered by the General Court (Eighth Chamber) on 16 June 2011 in Joined Cases T-208/08 and T-209/08 Gosselin Group NV and Stichting Administratiekantoor Portielje v European Commission
Kawża C-429/11: Appell ippreżentat fit- 18 ta’ Awwissu 2011 minn Gosselin Group NV, li kienet Gosselin World Wide Moving NV kontra s-sentenza tal-Qorti Ġenerali (It-Tmien Awla) tas- 16 ta’ Ġunju 2011 fil-Kawżi magħquda T-208/08 u T-209/08 — Gosselin Group NV u Stichting Administratiekantoor Portielje vs Il-Kummissjoni Ewropea
Kawża C-429/11: Appell ippreżentat fit- 18 ta’ Awwissu 2011 minn Gosselin Group NV, li kienet Gosselin World Wide Moving NV kontra s-sentenza tal-Qorti Ġenerali (It-Tmien Awla) tas- 16 ta’ Ġunju 2011 fil-Kawżi magħquda T-208/08 u T-209/08 — Gosselin Group NV u Stichting Administratiekantoor Portielje vs Il-Kummissjoni Ewropea
ĠU C 331, 12.11.2011, p. 8–9
(BG, ES, CS, DA, DE, ET, EL, EN, FR, IT, LV, LT, HU, MT, NL, PL, PT, RO, SK, SL, FI, SV)
12.11.2011 |
MT |
Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea |
C 331/8 |
Appell ippreżentat fit-18 ta’ Awwissu 2011 minn Gosselin Group NV, li kienet Gosselin World Wide Moving NV kontra s-sentenza tal-Qorti Ġenerali (It-Tmien Awla) tas-16 ta’ Ġunju 2011 fil-Kawżi magħquda T-208/08 u T-209/08 — Gosselin Group NV u Stichting Administratiekantoor Portielje vs Il-Kummissjoni Ewropea
(Kawża C-429/11)
2011/C 331/13
Lingwa tal-kawża: l-Olandiż
Partijiet
Appellanti: Gosselin Group NV, li kienet Gosselin World Wide Moving NV (rappreżentanti: F. Wijckmans u H. Burez, avukati)
Partijiet oħra fil-proċedura: Il-Kummissjoni Ewropea
Talbiet tal-appellanti
— |
prinċipalment, (i) tannulla s-sentenza (1) sa fejn il-Qorti Ġenerali ssostni li l-prattiki kkontestati jillimitaw min-natura tagħhom il-kompetizzjoni mingħajr ma huwa neċessarju li jiġu pprovati effetti antikompetittivi; u (ii) tannulla d-deċiżjoni (2) (kif emendata u sa fejn tapplika għall-appellanti) peress li ma tinkludi l-ebda prova tal-konsegwenzi taħt id-dritt tal-kompetizzjoni tal-prattiki li l-appellanti hija meqjusa responsabbli għalihom. |
— |
sussidjarjament, (i) tannulla s-sentenza sa fejn il-Qorti Ġenerali ssostni li l-Kummissjoni setgħet eċċezzjonalment tibbaża ruħha fuq it-tieni kundizzjoni alternattiva tal-punt 53 tal-Linji Gwida dwar il-kunċett ta’ effett sinjifikattiv tal-kummerċ (3) mingħajr ma tagħti espliċitament definizzjoni tas-suq fis-sens tal-punt 55 ta’ dawn il-linji gwida; u (ii) tannulla d-deċiżjoni (kif emendata u sa fejn tapplika għall-appellanti) sa fejn il-Kummissjoni ma wrietx biżżejjed skont il-liġi fid-deċiżjoni li l-prattiki jaffettwaw b’mod sostanzjali l-kummerċ bejn l-Istati Membri. |
— |
sussidjarjament, (i) tannulla s-sentenza sa fejn il-Qorti Ġenerali ssostni li l-Kummissjoni ma kellhiex obbligu li tieħu inkunsiderazzjoni l-fatt li l-appellanti ma kinitx ipparteċipat fil-ftehim bil-miktub dwar il-prezzijiet jew għal-laqgħat la fil-kuntest tal-evalwazzjoni tal-gravità tal-ksur u lanqas fil-kuntest taċ-ċirkustanzi attenwanti, u (ii) tannulla d-deċiżjoni (kif emendata u sa fejn tapplika għall-appellanti) għall-istess raġunijiet. |
— |
sussidjarjament, (i) tannulla s-sentenza sa fejn tapplika rata ta’ 17 % tal-bejgħ relevanti mingħajr ma tieħu inkunsiderazzjoni t-totalità tat-30 ċirkustanzi rilevanti, billi tibbaża ruħha b’mod partikolari fuq limitu minimu ta’ 15 % u (ii) tannulla d-deċiżjoni (kif emendata u sa fejn tapplika għall-appellanti) għall-istess raġunijiet. |
— |
sussidjarjament, (i) tannulla s-sentenza sa fejn issostni li l-parteċipazzjoni tal-appellanti bejn il-31 ta’ Jannar 1992 u t-30 ta’ Ottubru 1993 ma hijiex preskritta; (ii) tannulla d-deċiżjoni (kif emendata u sa fejn tapplika għall-appellanti) sa fejn tikkalkola l-multa imposta fuq l-appellanti abbażi tal-parteċipazzjoni tagħha bejn il-31 ta’ Jannar 1992 u t-30 ta’ Ottubru 1993; u (iii) konsegwentement tnaqqas konformament l-ammont tal-multa. |
— |
tikkundanna lill-Kummissjoni Ewropea għall-ispejjeż skont l-Artikolu 69(2) tar-Regoli tal-Proċedura. |
Aggravji u argumenti prinċipali
Insostenn tal-appell tagħha, Gosselin Group NV ssostni li l-Qorti Ġenerali kisret id-dritt tal-Unjoni meta kkwalifikat b’mod ġuridikament żbaljat il-fatti kkonstatati minnha (il-kwotazzjonijiet ta’ konvenzjenza u l-kummissjonijiet) dwar ftehim fuq il-prezzijiet u prattiki tat-tqassim tas-suq u li, tal-inqas, is-sentenza hija vvizzjata b’nuqqas ta’ motivazzjoni f’dan ir-rigward.
Sussidjarjament, Gosselin Group NV issostni li l-Qorti Ġenerali:
— |
fir-rigward tal-evalwazzjoni tal-effetti sostanzjali tal-prattiki inkwistjoni fuq il-kummerċ bejn Stati Membri, kisret ir-regola li tgħid li l-Kummissjoni għandha tosserva l-linji gwida rispettivi tagħha; |
— |
fir-rigward tal-evalwazzjoni taċ-ċirkustanzi attenwanti fil-kuntest tal-kalkolu tal-multa, kisret il-prinċipju tan-natura personali tar-responsabbiltà kif ukoll ir-regola li tgħid li l-Kummissjoni għandha tosserva l-linji gwida rispettivi tagħha; |
— |
fir-rigward tal-iffissar tal-ammont bażiku tal-multa, hija kisret l-obbligu ta’ motivazzjoni, il-prinċipju tan-natura personali tar-responsabbiltà kif ukoll ir-regola li tgħid li l-Kummissjoni għandha tosserva l-linji gwida rispettivi tagħha. L-ewwel parti ssostni li l-Qorti Ġenerali kkunsidrat b’mod żbaljat li l-Kummissjoni setgħet tinvoka l-punt 23 tal-Linji Gwida għall-kalkolu tal-multi (4). It-tieni parti ssostni li l-Qorti Ġenerali wettqet żball ta’ liġi meta sostniet li teżisti rata minima li titla’ għal 15 % tal-valur tal-bejgħ li hija mit-tifsira tagħha stess il-limitu minimu għal multa għal restrizzjonijiet gravi għall-kompetizzjoni. It-tielet parti ssostni li l-Qorti Ġenerali wettqet żball ta’ liġi meta sostniet li r-rata ta’ 17 % hija daqs jew kważi daqs ir-rata ta’ 15 % u minn dan ikkonkludiet li mhux il-fatti rilevanti kollha għandhom jittieħdu inkunsiderazzjoni; |
— |
kisret l-Artikolu 25 tar-Regolament Nru 1/2003 meta ddeċidiet li l-parteċipazzjoni ta’ Gosselin NV għall-prattiċi inkwisjtoni matul il-perijodu mill-31 ta’ Novembru 1992 sat-30 ta’ Ottubru 1993 ma kinux preskritti. |
(1) Sentenza tal-Qorti Ġenerali (It-Tmien Awla) tas-16 ta’ Ġunju 2011 fil-Kawżi magħquda T-208/08 u T-209/08, Gosselin Group NV u Stichting Administratiekantoor Portielje vs Il-Kummissjoni Ewropea (iktar ‘il quddiem is-“sentenza”).
(2) Id-Deċiżjoni tal-Kummissjoni C(2008) 926 finali, tal-11 ta’ Marzu 2008, dwar proċedura skont l-Artikolu 81 KE u l-Artikolu 53 tal-Ftehim ŻEE (Każ COMP/38.543 — Servizzi ta’ ġarr internazzjonali) (iktar ‘il quddiem id-“deċiżjoni”).
(3) Linji Gwida dwar il-kunċett ta’ effett sinjifikattiv tal-kummerċ li jinsab fl-Artikoli 81 KE u 82 KE (ĠU 2004, C 101, p. 81).
(4) Linji Gwida għall-kalkolu tal-multi imposti skont l-Artikolu 23(2)(a) tar-Regolament (KE) Nru 1/2003 (ĠU Edizzjoni Speċjali bil-Malti, Kapitolu 8, Vol. 2, p. 205).