EUR-Lex Access to European Union law

Back to EUR-Lex homepage

This document is an excerpt from the EUR-Lex website

Document 62011CA0055

Kawżi magħquda C-55/11, C-57/11 u C-58/11: Sentenza tal-Qorti tal-Ġustizzja (Ir-Raba’ Awla) tat- 12 ta’ Lulju 2012 (talba għal deċiżjoni preliminari mressqa mit-Tribunal Supremo — Spanja) — Vodafone España, SA vs Ayuntamiento de Santa Amalia (C-55/11), Ayuntamiento de Tudela (C-57/11), u France Telecom España SA vs Ayuntamiento de Torremayor (C-58/11) (Direttiva 2002/20/KE — Netwerks u servizzi ta’ komunikazzjonijiet elettroniċi — Awtorizzazzjoni — Artikolu 13 — Tariffi għad-drittijiet ta’ użu u drittijiet għall-installazzjoni ta’ faċilitajiet)

ĠU C 287, 22.9.2012, p. 8–9 (BG, ES, CS, DA, DE, ET, EL, EN, FR, IT, LV, LT, HU, MT, NL, PL, PT, RO, SK, SL, FI, SV)

22.9.2012   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

C 287/8


Sentenza tal-Qorti tal-Ġustizzja (Ir-Raba’ Awla) tat-12 ta’ Lulju 2012 (talba għal deċiżjoni preliminari mressqa mit-Tribunal Supremo — Spanja) — Vodafone España, SA vs Ayuntamiento de Santa Amalia (C-55/11), Ayuntamiento de Tudela (C-57/11), u France Telecom España SA vs Ayuntamiento de Torremayor (C-58/11)

(Kawżi magħquda C-55/11, C-57/11 u C-58/11) (1)

(Direttiva 2002/20/KE - Netwerks u servizzi ta’ komunikazzjonijiet elettroniċi - Awtorizzazzjoni - Artikolu 13 - Tariffi għad-drittijiet ta’ użu u drittijiet għall-installazzjoni ta’ faċilitajiet)

2012/C 287/13

Lingwa tal-kawża: l-Ispanjol

Qorti tar-rinviju

Tribunal Supremo

Partijiet fil-kawża prinċipali

Rikorrenti: Vodafone España, SA (C-55/11 u C-57/11), France Telecom España SA (C-58/11)

Konvenuta: Ayuntamiento de Santa Amalia (C-55/11), Ayuntamiento de Tudela (C-57/11), Ayuntamiento de Torremayor (C-58/11),

Suġġett

Talba għal deċiżjoni preliminari — Tribunal Supremo — Interpretazzjoni tal-Artikolu 13 tad-Direttiva 2002/20/KE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill, tas-7 ta’ Marzu 2002, dwar l-awtorizzazzjoni ta’ networks u servizzi ta’ komunikazzjonijiet elettroniċi (Direttiva ta’ Awtorizzazzjoni) (ĠU Edizzjoni Speċjali bil-Malti, Kapitolu 13, Vol. 29, p. 337) — Tariffi għad-drittijiet ta’ użu u drittijiet għall-installazzjoni ta’ tagħmir — Settur pubbliku muniċipali

Dispożittiv

(1)

L-Artikolu 13 tad-Direttiva 2002/20/KE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill, tas-7 ta’ Marzu 2002, dwar l-awtorizzazzjoni ta’ networks u servizzi ta’ komunikazzjonijiet elettroniċi (Direttiva ta’ “Awtorizzazzjoni”), għandu jiġi interpretat fis-sens li huwa jipprekludi l-applikazzjoni ta’ tariffa għad-drittijiet ta’ installazzjoni ta’ faċilitajiet minfuq jew taħt proprjetà pubblika jew privata għall-operaturi li, mingħajr ma jkunu proprjetarji ta’ dawn il-faċilitajiet, jużaw dawn sabiex jipprovdu servizzi ta’ telefonija mobbli.

(2)

L-Artikolu 13 tad-Direttiva 2002/20 għandu effett dirett, b’mod li jagħti lil individwi d-dritt li jiddependu direttament fuqu quddiem qorti nazzjonali sabiex jikkontestaw l-applikazzjoni ta’ deċiżjoni tal-awtorità pubblika inkompatibbli ma’ dan l-artikolu.


(1)  ĠU C 139, 07.05.2011


Top