This document is an excerpt from the EUR-Lex website
Document 62010TN0266
Case T-266/10: Action brought on 16 June 2010 — Spain v Commission
Kawża T-266/10: Rikors ippreżentat fis- 16 ta’ Ġunju 2010 — Spanja vs Il-Kummissjoni
Kawża T-266/10: Rikors ippreżentat fis- 16 ta’ Ġunju 2010 — Spanja vs Il-Kummissjoni
ĠU C 221, 14.8.2010, p. 54–54
(BG, ES, CS, DA, DE, ET, EL, EN, FR, IT, LV, LT, HU, MT, NL, PL, PT, RO, SK, SL, FI, SV)
14.8.2010 |
MT |
Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea |
C 221/54 |
Rikors ippreżentat fis-16 ta’ Ġunju 2010 — Spanja vs Il-Kummissjoni
(Kawża T-266/10)
()
2010/C 221/86
Lingwa tal-kawża: l-Ispanjol
Partijiet
Rikorrent: Ir-Renju ta’ Spanja (rappreżentant: N. Díaz Abad, abogado del Estado)
Konvenuta: Il-Kummissjoni Ewropea
Talbiet tar-rikorrent
— |
tannulla, abbażi tar-raġunijiet esposti fit-Taqsima I tal-motivi ta’ dan l-att, id-deċiżjoni tal-Kummissjoni Ewropea, tal-11 ta’ Mejju 2010, li tinterrompi t-terminu perentorju għall-ħlas fir-rigward tat-talba għal ħlas interim magħmula minn Spanja fl-10 ta’ Diċembru 2009; |
— |
tiddikjara li l-Kummissjoni Ewropea kienet obbligata tħallas l-interessi minħabba d-dewmien fil-ħlas effettiv tat-talbiet interim indebitament sospiżi; |
— |
tikkundanna lill-Kummissjoni Ewropea għall-ispejjeż. |
Motivi u argumenti prinċipali
Dan ir-rikors huwa intiż kontra d-deċiżjoni tal-Kummissjoni li tinterrompi t-terminu perentorju għal ħlas fir-rigward tat-talba għal ħlas interim magħmula minn Spanja fi-10 ta’ Diċembru 2009. Din it-talba għal ħlas interim, li tammonta għal EUR 6 509 540,26 tikkorrispondi għall-Programm Operattiv ta’ Intervent Komunitarju tal-Fond Soċjali Ewropew li jaqa’ taħt l-għan ta’ kompetitività reġjonali tal-País Vasco; CCI 2007ES052PO010).
Il-motivi u argumenti prinċipali huma l-istess bħal dawk invokati fil-Kawża T-263/10 Spanja vs Il-Kummissjoni.