EUR-Lex Access to European Union law

Back to EUR-Lex homepage

This document is an excerpt from the EUR-Lex website

Document 62010TN0048

Kawża T-48/10 P: Appell ippreżentat fit- 2 ta’ Frar 2010 minn Herbert Meister mis-sentenza mogħtija fit- 30 ta’ Novembru 2009 mit-Tribunal għas-Servizz Pubbliku fil-Kawża F-17/09, Meister vs UASI

ĠU C 100, 17.4.2010, p. 55–55 (BG, ES, CS, DA, DE, ET, EL, EN, FR, IT, LV, LT, HU, MT, NL, PL, PT, RO, SK, SL, FI, SV)

17.4.2010   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

C 100/55


Appell ippreżentat fit-2 ta’ Frar 2010 minn Herbert Meister mis-sentenza mogħtija fit-30 ta’ Novembru 2009 mit-Tribunal għas-Servizz Pubbliku fil-Kawża F-17/09, Meister vs UASI

(Kawża T-48/10 P)

2010/C 100/81

Lingwa tal-kawża: il-Ġermaniż

Partijiet

Appellant: Herbert Meister (Muchamiel, Spanja) (rappreżentant: H.-J. Zimmermann, avukat)

Parti oħra fil-proċeduri: L-Uffiċċju għall-Armonizzazzjoni fis-Suq Intern (Trade marks u Disinni)

Talbiet tal-appellant

tannulla d-digriet tat-Tribunal għas-Servizz Pubbliku, tat-30 ta’ Novembru 2009, mogħti fil-Kawża F-17/09, Meister vs UASI;

tordna lill-UASI jbati l-ispejjeż.

Aggravji u argumenti prinċipali

L-appellant jikkontesta d-digriet tat-Tribunal għas-Servizz Pubbliku, tat-30 ta’ Novembru 2009, mogħti fil-Kawża F-17/09, Meister vs UASI, li permezz tiegħu r-rikors tal-appellant ġie miċħud bħala manifestament inammissibbli.

Insostenn tal-appell tiegħu, l-appellant isostni li r-rikors tiegħu ppreżentat fl-ewwel istanza kien neċessarju, peress li l-fatti fil-kawża huma direttament marbuta mal-Kawżi magħquda F-138/06 u F-37/08, li kienu għadhom ma ġewx deċiżi waqt il-proċeduri legali. L-appellant isostni li ċ-ċaħda a limine tar-rikors fil-Kawża F-17/09 bħala inammissibbli, mingħajr proċedura orali, tmur kontra l-Artikolu 6 tal-KEDB, bi ksur tad-dritt għal smigħ xieraq. Barra minn hekk, qiegħed jiġi sostnut li t-Tribunal għas-Servizz Pubbliku ma laqax it-talba għas-sospensjoni tal-proċeduri mressqa mill-appellant fid-dawl tal-appell ippreżentat mis-sentenza fil-Kawża F-37/08. Fl-aħħar nett, qiegħed jiġi allegat li fl-ewwel istanza, it-Tribunal ma wettaqx analiżi kompleta u preċiża tal-fatti inkwistjoni.


Top