Choose the experimental features you want to try

This document is an excerpt from the EUR-Lex website

Document 62010TA0231

    Kawża T-231/10: Sentenza tal-Qorti Ġenerali tal- 25 ta’ Ottubru 2013 — Merlin et vs UASI — Dusyma (Logħba) ( “Disinn Komunitarju — Proċedimenti għal dikjarazzjoni ta’ invalidità — Disinn Komunitarju rreġistrat li jirrappreżenta logħba — Disinn preċedenti — Raġunijiet għal invalidità — Novità — Karattru individwali — Distinzjoni bejn prodott u disinn — Artikoli 3, 4, 6 u Artikolu 25(1)(b) tar-Regolament (KE) Nru 6/2002” )

    ĠU C 359, 7.12.2013, p. 7–7 (BG, ES, CS, DA, DE, ET, EL, EN, FR, HR, IT, LV, LT, HU, MT, NL, PL, PT, RO, SK, SL, FI, SV)

    7.12.2013   

    MT

    Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

    C 359/7


    Sentenza tal-Qorti Ġenerali tal-25 ta’ Ottubru 2013 — Merlin et vs UASI — Dusyma (Logħba)

    (Kawża T-231/10) (1)

    (Disinn Komunitarju - Proċedimenti għal dikjarazzjoni ta’ invalidità - Disinn Komunitarju rreġistrat li jirrappreżenta logħba - Disinn preċedenti - Raġunijiet għal invalidità - Novità - Karattru individwali - Distinzjoni bejn prodott u disinn - Artikoli 3, 4, 6 u Artikolu 25(1)(b) tar-Regolament (KE) Nru 6/2002)

    2013/C 359/10

    Lingwa tal-kawża: il-Ġermaniż

    Partijiet

    Rikorrenti: Merlin Handelsgesellschaft mbH (Forchtenberg, il-Ġermanja); Rolf Krämer (Forchtenberg); BLS Basteln Lernen Spielen GmbH (Forchtenberg); u Andreas Hohl (Künzelsau, il-Ġermanja) (rappreżentant: R. Kramer, avukat)

    Konvenut: L-Uffiċċju għall-Armonizzazzjoni fis-Suq Intern (Trade marks u Disinni) (rappreżentant: G. Schneider, aġent)

    Parti oħra fil-proċedimenti quddiem il-Bord tal-Appell tal-UASI, intervenjenti quddiem il-Qorti Ġenerali: Dusyma Kindergartenbedarf GmbH (Schorndorf, il-Ġermanja) (rappreżentant: A. Zinnecker, avukat)

    Suġġett

    Rikors ippreżentat kontra d-deċiżjoni tat-Tielet Awla tal-Bord tal-Appell tal-UASI tas-17 ta’ Marzu 2010 (Każ R 879/2009-3), dwar proċedimenti għal dikjarazzjoni ta’ invalidità bejn Merlin Handelsgesellschaft mbH et u Dusyma Kindergartenbedarf GmbH.

    Dispożittiv

    (1)

    Ir-rikors huwa miċħud.

    (2)

    Merlin Handelsgesellschaft mbH, Rolf Krämer, BLS Basteln Lerner Spielen GmbH u Andreas Hohl huma kkundannati għall-ispejjeż.


    (1)  ĠU C 209, 31.07.2010.


    Top