EUR-Lex Access to European Union law

Back to EUR-Lex homepage

This document is an excerpt from the EUR-Lex website

Document 62010TA0090

Kawża T-90/10: Sentenza tal-Qorti Ġenerali tad- 9 ta’ Diċembru 2014 – Ferriere Nord vs Il-Kummissjoni [ “Kompetizzjoni — Akkordji — Suq tal-vireg jew tar-rombli għar-rinfurzar tal-konkrit — Deċiżjoni li tikkonstata ksur tal-Artikolu 65 KEFA, wara l-iskadenza tat-Trattat KEFA, fuq il-bażi tar-Regolament (KE) Nru 1/2003 — Iffissar tal-prezzijiet u tat-termini għall-ħlas — Limitazzjoni jew kontroll tal-produzzjoni jew tal-bejgħ — Ksur tal-forom proċedurali sostanzjali — Kompetenza tal-Kummissjoni — Drittijiet tad-difiża — Konstatazzjoni tal-ksur — Multi — Reċidiva — Ċirkustanzi attenwanti — Kooperazzjoni — Ġurisdizzjoni sħiħa” ]

ĠU C 34, 2.2.2015, p. 24–25 (BG, ES, CS, DA, DE, ET, EL, EN, FR, HR, IT, LV, LT, HU, MT, NL, PL, PT, RO, SK, SL, FI, SV)

2.2.2015   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

C 34/24


Sentenza tal-Qorti Ġenerali tad-9 ta’ Diċembru 2014 – Ferriere Nord vs Il-Kummissjoni

(Kawża T-90/10) (1)

([“Kompetizzjoni - Akkordji - Suq tal-vireg jew tar-rombli għar-rinfurzar tal-konkrit - Deċiżjoni li tikkonstata ksur tal-Artikolu 65 KEFA, wara l-iskadenza tat-Trattat KEFA, fuq il-bażi tar-Regolament (KE) Nru 1/2003 - Iffissar tal-prezzijiet u tat-termini għall-ħlas - Limitazzjoni jew kontroll tal-produzzjoni jew tal-bejgħ - Ksur tal-forom proċedurali sostanzjali - Kompetenza tal-Kummissjoni - Drittijiet tad-difiża - Konstatazzjoni tal-ksur - Multi - Reċidiva - Ċirkustanzi attenwanti - Kooperazzjoni - Ġurisdizzjoni sħiħa”])

(2015/C 034/27)

Lingwa tal-kawża: it-Taljan

Partijiet

Rikorrenti: Ferriere Nord SpA (Osoppo, l-Italja) (rappreżentanti: W. Viscardini u G. Donà, avukati)

Konvenuta: Il-Kummissjoni Ewropea (rappreżentanti: inizjalment R. Sauer u B. Gencarelli, sussegwentement M. Sauer u R. Striani, aġenti, assistiti minn M. Moretto, avukat)

Suġġett

Prinċipalment, talba għall-annullament tad-Deċiżjoni tal-Kummissjoni C (2009) 7492 finali, tat-30 ta’ Settembru 2009, dwar proċedura għall-applikazzjoni tal-Artikolu 65 [KEFA] (Każ COMP/37.956 – Vireg għar-rinfurzar tal-konkrit, adozzjoni mill-ġdid), kif emendata bid-Deċiżjoni tal-Kummissjoni C (2009) 9912 finali, tat-8 ta’ Diċembru 2009, u, sussidjarjament, talba għall-annullament parzjali ta’ din id-deċiżjoni u talba għat-tnaqqis tal-ammont tal-multa imposta fuq ir-rikorrenti.

Dispożittiv

1)

Il-multa imposta fuq Ferriere Nord SpA hija stabbilita fl-ammont ta’ EUR 3 4 21  440.

2)

Il-kumplament tar-rikors huwa miċħud.

3)

Ferriere Nord għandha tbati l-ispejjeż tagħha kif ukoll tliet kwarti tal-ispejjeż tal-Kummissjoni Ewropea. Il-Kummissjoni għandha tbati kwart tal-ispejjeż tagħha.


(1)  ĠU C 113, 1.5.2010.


Top