EUR-Lex Access to European Union law

Back to EUR-Lex homepage

This document is an excerpt from the EUR-Lex website

Document 62010FN0007

Kawża F-7/10: Rikors ippreżentat fid- 19 ta’ Jannar 2010 — Garcia Lledo et vs UASI

ĠU C 100, 17.4.2010, p. 69–69 (BG, ES, CS, DA, DE, ET, EL, EN, FR, IT, LV, LT, HU, MT, NL, PL, PT, RO, SK, SL, FI, SV)

17.4.2010   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

C 100/69


Rikors ippreżentat fid-19 ta’ Jannar 2010 — Garcia Lledo et vs UASI

(Kawża F-7/10)

2010/C 100/101

Lingwa tal-kawża: il-Franċiż

Partijiet

Rikorrenti: Inès Garcia Lledo (Alicante, Spanja) u oħrajn (rappreżentanti: S. Orlandi, A. Coolen, H.-N. Louis, E. Marchal, avukati)

Konvenut: Uffiċċju għall-Armonizzazzjoni fis-Suq Intern (Trade marks u Disinni)

Suġġett u deskrizzjoni tal-kawża

L-annullament tad-deċiżjonijiet tal-President tal-UASI li jtemm l-impjieg tar-rikorrenti bħala membri tal-persunal temporanju minħabba l-fatt li ma għaddewx minn kompetizzjoni ġenerali

Talbiet tar-rikorrenti

tannulla d-deċiżjonijiet tal-President tal-UASI tat-12 ta’ Marzu 2009 li jtemmu l-impjieg tar-rikorrenti bħala membri tal-persunal temporanju;

tikkundanna lill-Uffiċċju għall-Armonizzazzjoni fis-Suq Intern (Trade marks u Disinni) għall-ispejjeż.


Top