This document is an excerpt from the EUR-Lex website
Document 62010CN0554
Case C-554/10 P: Appeal brought on 26 November 2010 by Lagardère SCA against the judgment of the General Court (Sixth Chamber) delivered on 13 September 2010 in Case T-452/04 Editions Jacob v European Commission
Kawża C-554/10 P: Appell ippreżentat fis- 26 ta’ Novembru 2010 minn Lagardère SCA mis-sentenza tal-Qorti Ġenerali (Is-Sitt Awla) mogħtija fit- 13 ta’ Settembru 2010 fil-Kawża T-452/04, Editions Jacob vs Il-Kummissjoni Ewropea
Kawża C-554/10 P: Appell ippreżentat fis- 26 ta’ Novembru 2010 minn Lagardère SCA mis-sentenza tal-Qorti Ġenerali (Is-Sitt Awla) mogħtija fit- 13 ta’ Settembru 2010 fil-Kawża T-452/04, Editions Jacob vs Il-Kummissjoni Ewropea
ĠU C 46, 12.2.2011, p. 5–6
(BG, ES, CS, DA, DE, ET, EL, EN, FR, IT, LV, LT, HU, MT, NL, PL, PT, RO, SK, SL, FI, SV)
12.2.2011 |
MT |
Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea |
C 46/5 |
Appell ippreżentat fis-26 ta’ Novembru 2010 minn Lagardère SCA mis-sentenza tal-Qorti Ġenerali (Is-Sitt Awla) mogħtija fit-13 ta’ Settembru 2010 fil-Kawża T-452/04, Editions Jacob vs Il-Kummissjoni Ewropea
(Kawża C-554/10 P)
2011/C 46/08
Lingwa tal-kawża: il-Franċiż
Partijiet
Appellanti: Lagardère SCA (rappreżentanti: A. Winckler, F. de Bure u J.-B. Pinçon, avukati)
Partijiet l-oħra fil-kawża: Éditions Odile Jacob SAS, Il-Kummissjoni Ewropea, Wendel Investissement SA
Talbiet tal-appellanti
— |
tannulla s-sentenza tal-Qorti Ġenerali, tat-13 ta’ Settembru 2010, fil-Kawża T-452/04, sa fejn din annullat d-Deċiżjoni tal-Kummissjoni Ewropea, tat-30 ta’ Lulju 2004, dwar l-approvazzjoni ta’ Wendel Investissement bħala akkwirent tal-assi ċeduti fil-kuntest tal-proċedura għall-kontroll ta’ konċentrazzjonijiet Nru COMP/M.2978 — Lagardère/Natexis/VUP; |
— |
tiċħad ir-rikors ippreżentat minn Odile Jacob quddiem il-Qorti Ġenerali kontra din id-deċiżjoni; |
— |
tikkundanna lil Odile Jacob għall-ispejjeż kollha relatati ma’ dawn il-proċeduri kemm fl-ewwel istanza kif ukoll fil-kuntest ta’ dan l-appell. |
Aggravji u argumenti prinċipali
Ir-rikorrenti tinvoka żewġ aggravji insostenn tal-appell tagħha.
Permezz tal-ewwel aggravju tagħha, Lagardère tilmenta li l-Qorti Ġenerali wettqet żball ta’ liġi billi invokat bħala eċċezzjoni l-illegalità tad-deċiżjoni ta’ approvazzjoni tal-mandatarju sabiex tibbaża l-annullament tad-deċiżjoni ta’ approvazzjoni.
Permezz tat-tieni aggravju tagħha, li jinkludi erba’ partijiet, l-appellanti ssostni li l-Qorti Ġenerali wettqet żball ta’ liġi meta ddeċidiet li l-preżenza tar-rappreżentant tal-mandatarju fl-amministrazzjoni ta’ Editis bħala terz indipendenti tista’ tiġġustifika l-annullament tad-deċiżjoni ta’ approvazzjoni. Dan jirriżulta mill-iżnaturament ta’ ċerti fatti, min-nuqqas ta’ motivazzjoni manifesta u minn varji żbalji ta’ liġi: il-Qorti Ġenerali wettqet żball ta’ liġi meta interpretat b’mod żbaljat il-kunċett ta’ indipendenza (l-ewwel parti); il-Qorti Ġenerali ma werietx fil-motivazzjoni tagħha kif ir-rabtiet eżistenti bejn ir-rappreżentant tal-mandatarju u Editis setgħu vvizzjaw il-kontenut tar-rapport ippreżentat mill-mandatarju lill-Kummissjoni (it-tieni parti); il-Qorti Ġenerali żnaturat il-fatti u vvizzjat is-sentenza appellata b’nuqqas ta’ motivazzjoni manifesta meta kkunsidrat li r-rapport tal-mandatarju kellu “influwenza deċiżiva” fuq id-deċiżjoni ta’ approvazzjoni (it-tielet parti) u, fl-aħħar nett, il-Qorti Ġenerali wettqet żball ta’ liġi meta ddeċidiet li tannulla d-deċiżjoni ta’ approvazzjoni, mingħajr ma weriet kif din kellha kontenut differenti fin-nuqqas tal-irregolaritajiet allegati (ir-raba’ parti).