EUR-Lex Access to European Union law

Back to EUR-Lex homepage

This document is an excerpt from the EUR-Lex website

Document 62010CN0490

Kawża C-490/10: Rikors ippreżentat fit- 12 ta’ Ottubru 2010 — Il-Parlament Ewropew vs Il-Kunsill tal-Unjoni Ewropea

ĠU C 13, 15.1.2011, p. 18–18 (BG, ES, CS, DA, DE, ET, EL, EN, FR, IT, LV, LT, HU, MT, NL, PL, PT, RO, SK, SL, FI, SV)

15.1.2011   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

C 13/18


Rikors ippreżentat fit-12 ta’ Ottubru 2010 — Il-Parlament Ewropew vs Il-Kunsill tal-Unjoni Ewropea

(Kawża C-490/10)

()

2011/C 13/30

Lingwa tal-kawża: il-franċiż

Partijiet

Rikorrent: Il-Parlament Ewropew (rappreżentanti: M. Gómez-Leal, J. Rodrigues, L. Visaggio, aġenti)

Konvenuta: Il-Kunsill tal-Unjoni Ewropea

Talbiet tar-rikorrent

tannulla r-Regolament tal-Kunsill (UE, Euratom) Nru 617/2010, tal-24 ta’ Ġunju 2010, dwar in-notifika lill-Kummissjoni ta’ proġetti ta’ investiment fl-infrastruttura tal-enerġija fl-Unjoni Ewropea u li jħassar ir-Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 736/96 (1);

tikkundanna lill-Kunsill tal-Unjoni Ewropea għall-ispejjeż.

Motivi u argumenti prinċipali

Bir-rikors tiegħu, il-Parlament Ewropew qed jitlob l-annullament tar-Regolament (UE, Euratom) Nru 617/2010, li bih il-Kunsill stabbilixxa qafas komuni għall-komunikazzjoni lill-Kummissjoni tal-informazzjoni dwar il-proġetti ta’ investiment fl-infrastruttura tal-enerġija. Dan ir-regolament ġie adottat mill-Kunsill fuq il-bażi legali doppja tal-Artikoli 337 TFUE u 187 EA. Skont il-Parlament, l-għażla tal-bażi legali mwettqa mill-Kunsill hija żbaljata, għar-raġuni li l-miżuri li huma s-suġġett tar-regolament ikkontestat jaqgħu taħt l-attribuzzjonijiet tal-Unjoni fil-qasam tal-enerġija li huma speċifikament irregolati mill-Artikolu 194 TFUE. Għaldaqstant, dawn il-miżuri kellhom jiġu adottati fuq il-bażi tal-imsemmi Artikolu 194(2), taħt il-proċedura leġiżlattiva ordinarja prevista fiha, u mhux fuq il-bażi tal-Artikolu 337 TFUE, li ma jipprevedi edba forma ta’ involviment tal-Parlament. Barra minn hekk, il-Parlament huwa tal-fehma li ma kienx neċessarju, sabiex jiġu adottati l-miżuri inkwistjoni, li jintuża wkoll l-Artikolu 87 EA bħala bażi.


(1)  ĠU L 180, p. 7.


Top