EUR-Lex Access to European Union law

Back to EUR-Lex homepage

This document is an excerpt from the EUR-Lex website

Document 62010CN0327

Kawża C-327/10: Talba għal deċiżjoni preliminari mressqa mill-Okresní Soud Cheb (Qorti tad-distrett ta’ Cheb, ir-Repubblika Ċeka) fil- 5 ta’ Lulju 2010 — Hypoteční banka, a.s. vs Udo Mike Lindner

ĠU C 246, 11.9.2010, p. 29–30 (BG, ES, CS, DA, DE, ET, EL, EN, FR, IT, LV, LT, HU, MT, NL, PL, PT, RO, SK, SL, FI, SV)

11.9.2010   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

C 246/29


Talba għal deċiżjoni preliminari mressqa mill-Okresní Soud Cheb (Qorti tad-distrett ta’ Cheb, ir-Repubblika Ċeka) fil-5 ta’ Lulju 2010 — Hypoteční banka, a.s. vs Udo Mike Lindner

(Kawża C-327/10)

()

2010/C 246/49

Lingwa tal-kawża: iċ-Ċek

Qorti tar-rinviju

Okresní Soud Cheb (Qorti tad-distrett ta’ Cheb, ir-Repubblika Ċeka).

Partijiet fil-kawża prinċipali

Rikorrenti: Hypoteční banka, a.s.

Konvenut: Udo Mike Lindner.

Domandi preliminari

1)

Jekk waħda mill-partijiet fi proċeduri ġudizzjarji tkun ċittadina ta’ Stat differenti minn dak li fih ikunu qegħdin jiżvolġu dawn il-proċeduri, dan il-fatt jipprovdi bażi għall-implikazzjoni transkonfinali fis-sens tal-Artikolu 81 (li qabel kien l-Artikolu 65) tat-Trattat, li hija waħda mill-kundizzjonijiet meħtieġa għall-applikazzjoni tar-Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 44/2001, tat-22 ta’ Diċembru 2000, dwar ġurisdizzjoni u rikonoxximent u eżekuzzjoni ta’ sentenzi f’materji ċivili u kummerċjali (1) (iktar ’il quddiem ir-“Regolament Brussels I”)?

2)

Ir-Regolament Brussels I jipprekludi l-użu ta’ dispożizzjonijiet tad-dritt nazzjonali li jippermettu t-tressiq ta’ proċeduri kontra persuni li l-indirizz tagħhom ma jkunx magħruf?

3)

Jekk it-tieni domanda tingħata risposta negattiva, il-fatt li jsiru sottomissjonijiet minn kuratur tal-konvenut fil-kawża, li jkun maħtur mill-qorti, jista’ jitqies, waħdu, bħala sottomissjoni mill-konvenut għall-ġurisdizzjoni tal-qorti lokali għall-finijiet tal-Artikolu 24 tar-Regolament Brussels I, anki meta s-suġġett tal-kawża jkun pretensjoni li tirriżulta minn kuntratt mal-konsumatur u l-qrati tar-Repubblika Ċeka ma jkollhomx ġurisdizzjoni taħt l-Artikolu 16(2) ta’ dan ir-regolament sabiex jiddeċiedu din il-kawża?

4)

Ftehim dwar il-ġurisdizzjoni lokali ta’ qorti partikolari jista’ jitqies li jistabbilixxi l-ġurisdizzjoni internazzjonali tal-qorti magħżula għall-finijiet tal-Artikolu 17(3) tar-Regolament Brussels I, u, jekk dan ikun il-każ, dan japplika anki jekk il-ftehim dwar ġurisdizzjoni lokali jkun invalidu minħabba li jmur kontra l-Artikolu 6(1) tad-Direttiva tal-Kunsill 93/13/KEE, tal-5 ta’ April 1993, dwar klawżoli inġusti f’kuntratti mal-konsumatur (2)?


(1)  ĠU Edizzjoni Speċjali bil-Malti, Kapitolu 19, Vol. 4, p. 42.

(2)  ĠU Edizzjoni Speċjali bil-Malti, Kapitolu 15, Vol. 2, p. 288.


Top