EUR-Lex Access to European Union law

Back to EUR-Lex homepage

This document is an excerpt from the EUR-Lex website

Document 62010CN0291

Kawża C-291/10: Rikors ippreżentat fil- 11 ta’ Ġunju 2010 — Il-Kummissjoni Ewropea vs Ir-Repubblika Taljana

ĠU C 221, 14.8.2010, p. 28–28 (BG, ES, CS, DA, DE, ET, EL, EN, FR, IT, LV, LT, HU, MT, NL, PL, PT, RO, SK, SL, FI, SV)

14.8.2010   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

C 221/28


Rikors ippreżentat fil-11 ta’ Ġunju 2010 — Il-Kummissjoni Ewropea vs Ir-Repubblika Taljana

(Kawża C-291/10)

()

2010/C 221/45

Lingwa tal-kawża: it-Taljan

Partijiet

Rikorrenti: Il-Kummissjoni Ewropea (rappreżentanti: M. van Beek u S. Mortoni, aġenti)

Konvenuta: Ir-Repubblika Taljana

Talbiet

tikkonstata li r-Repubblika Taljana, billi ma adottax il-liġijiet, ir-regolamenti u d-dispożizzjonijiet amministrattivi neċessarji sabiex tikkonforma ruħha mad-Direttiva 2005/47/KE (1) tal-Kunsill, tat-18 ta’ Lulju 2005, dwar il-Ftehim bejn il-Komunità ta’ Ferroviji Ewropej (CER) u l-Federazzjoni Ewropea għall-Ħaddiema tat-Trasport (ETF) dwar ċerti aspetti tal-kondizzjonijiet tax-xogħol ta’ ħaddiema mobbli assenjati għal servizzi trans-konfini interoperabbli fis-settur tal-ferroviji, jew, f’kull każ billi ma kkomunikatx tali dispożizzjonijiet lill-Kummissjoni, naqset milli twettaq l-obbligi tagħha taħt tali direttiva.

tikkundanna lir-Repubblika Taljana għall-ispejjeż.

Motivi u argumenti prinċipali

It-terminu għat-traspożizzjoni tad-Direttiva 2005/47 skada fis-26 ta’ Lulju 2008.


(1)  ĠU L 195, p. 15.


Top