Choose the experimental features you want to try

This document is an excerpt from the EUR-Lex website

Document 62010CN0272

    Kawża C-272/10: Talba għal deċiżjoni preliminari mressqa mid-Dioikitiko Efeteio Thessalonikis (Il-Ġreċja) fil- 31 ta’ Mejju 2010 — Souzana Berkizi-Nikolakaki vs Anotato Symvoulio Epilogis Prosopikou (A.S.E.P.) u Aristoteleio Panepistimio Thessalonikis

    ĠU C 221, 14.8.2010, p. 25–26 (BG, ES, CS, DA, DE, ET, EL, EN, FR, IT, LV, LT, HU, MT, NL, PL, PT, RO, SK, SL, FI, SV)

    14.8.2010   

    MT

    Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

    C 221/25


    Talba għal deċiżjoni preliminari mressqa mid-Dioikitiko Efeteio Thessalonikis (Il-Ġreċja) fil-31 ta’ Mejju 2010 — Souzana Berkizi-Nikolakaki vs Anotato Symvoulio Epilogis Prosopikou (A.S.E.P.) u Aristoteleio Panepistimio Thessalonikis

    (Kawża C-272/10)

    ()

    2010/C 221/40

    Lingwa tal-kawża: il-Grieg

    Qorti tar-rinviju

    Dioikitiko Efeteio Thessalonikis

    Partijiet fil-kawża prinċipali

    Rikorrenti: Souzana Berkizi-Nikolakaki

    Konvenuti: Anotato Symvoulio Epilogis Prosopikou (A.S.E.P.) u Aristoteleio Panepistimio Thessalonikis

    Domandi preliminari

    (1)

    Jistgħu jitqiesu bħala kompatibbli mal-għan — fis-sens tal-Artikolu 139(2) KE — u mal-effett utli — fis-sens tat-tielet paragrafu tal-Artikolu 249 KE — tad-Direttiva tal-Kunsill 1999/70/KE, tat-28 ta’ Ġunju 1999, dwar il-ftehim qafas dwar xogħol għal żmien fiss, id-dispożizzjonijiet tal-Artikolu 11(2) tad-Digriet Presidenzjali Grieg 164/2004 li jistabbilixxu li sabiex tiġi kkonstatata l-eżistenza tal-kundizzjonijiet għat-trasformazzjoni ta’ kuntratti għal żmien fiss f’kuntratti għal żmien indeterminat, il-ħaddiem għandu jippreżenta lill-entità kompetenti, f’terminu ta’ dekadenza ta’ xahrejn li jibda jiddekorri mid-dħul fis-seħħ tad-digriet, talba li ssemmi l-elementi li jistabbilixxu l-eżistenza ta’ dawn il-kundizzjonijiet, fid-dawl tal-fatt li t-terminu inkwistjoni huwa terminu ta’ dekadenza u jista’ jtellef lill-ħaddiem mid-dritt għat-trasformazzjoni tal-kuntratti jekk dan ma jippreżentax it-talba tiegħu f’terminu ta’ xahrejn?

    (2)

    Fid-dawl tal-għan tad-Direttiva tal-Kunsill 1999/70/KE, tat-28 ta’ Ġunju 1999, kif jirriżulta mill-Artikolu 139(2) KE, it-terminu ta’ xahrejn huwa suffiċjenti fid-dawl tal-ħtiġijiet tal-impjegati kollha li huma suġġetti għad-dispożizzjonijiet tal-Artikolu 11 tad-Digriet Presidenzjali 164/2004, sabiex jiġi żgurat l-effett utli tal-għanijiet tad-direttiva inkwistjoni anki biss permezz tal-pubblikazzjoni tad-dispożizzjonijiet tal-Artikolu 11 tad-Digriet Presidenzjali 164/2004 fil-Ġurnal Uffiċjali Grieg?

    (3)

    Fir-rigward tal-prorogi tat-termini korrispondenti mogħtija skont ir-regoli analogi li kienu fis-seħħ qabel id-Digriet Presidenzjali 164/2004, in-nuqqas ta’ proroga tat-terminu ta’ xahrejn jikkostitwixxi tnaqqis fil-livell ġenerali ta’ protezzjoni tal-ħaddiema li tmur kontra l-klawżola 8(3) tad-Direttiva tal-Kunsill 1999/70/KE, tat-28 ta’ Ġunju 1999?


    Top