EUR-Lex Access to European Union law

Back to EUR-Lex homepage

This document is an excerpt from the EUR-Lex website

Document 62010CN0268

Kawża C-268/10: Talba għal deċiżjoni preliminari mressqa mit-Tribunal de première instance de Namur (il-Belġju) fit- 28 ta’ Mejju 2010 — Marc Collard vs État belge — SPF Finances

ĠU C 221, 14.8.2010, p. 23–24 (BG, ES, CS, DA, DE, ET, EL, EN, FR, IT, LV, LT, HU, MT, NL, PL, PT, RO, SK, SL, FI, SV)

14.8.2010   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

C 221/23


Talba għal deċiżjoni preliminari mressqa mit-Tribunal de première instance de Namur (il-Belġju) fit-28 ta’ Mejju 2010 — Marc Collard vs État belge — SPF Finances

(Kawża C-268/10)

()

2010/C 221/37

Lingwa tal-kawża: il-Franċiż

Qorti tar-rinviju

Tribunal de première instance de Namur

Partijiet fil-kawża prinċipali

Rikorrent: Marc Collard

Konvenut: État belge — SPF Finances

Intervenjent: État belge — SPF Défense

Domandi preliminari

(1)

Id-dispożizzjonijiet segwenti tad-dritt tal-Unjoni Ewropea:

(1)

L-Artikolu 6 tat-Trattat ta’ Lisbona, tat-13 ta’ Diċembru 2007, li jemenda t-Trattat dwar l-Unjoni Ewropea ffirmat f’Maastricht fis-7 ta’ Frar 1992, u li daħal fis-seħħ fl-1 ta’ Diċembru 2009, li jipprovdi li “L-Unjoni tirrikonoxxi d-drittijiet, il-libertajiet u l-prinċipji stabbiliti fil-Karta tad-Drittijiet Fundamentali ta’ l-Unjoni Ewropea tas-7 ta’ Diċembru 2000, kif adattata fit-12 ta’ Diċembru 2007 ġo Strasburgu, li għandha jkollha l-istess valur legali bħat-Trattati. […]”;

(2)

L-Artikolu 35 tal-Karta tad-Drittijiet Fundamentali tal-Unjoni Ewropea (1), li jipprovdi li “Kull persuna għandha d-dritt ta’ aċċess għal kura preventiva tas-saħħa u d-dritt li tgawdi minn kura medika […]. Għandu jiġi żgurat livell għoli ta’ protezzjoni tas-saħħa tal-bniedem fid-definizzjoni u fl-implimentazzjoni tal-linji ta’ politika u l-attivitajiet kollha ta’ l-Unjoni”;

interpetati inkonformità mal-prinċipji ġenerali li fuqhom hija bbażata l-Unjoni Ewropea, kif imfakkra fil-preambolu tat-Trattat ta’ Lisbona,

jipprekludu lil Stat Memru, f’dan il-każ il-Belġju, milli jippermetti fit-territorju tiegħu l-fabbrikazzjoni, l-importazzjoni, il-promozzjoni u l-bejgħ ta’ tabakk immanifatturat sabiex jiġi mpejjep, meta dan l-istess Stat jirrikonoxxi uffiċjalment li dawn il-prodotti jagħmlu ħsara gravi lis-saħħa ta’ dawk li jużawhom u huma identifikati bħala l-kawża ta’ mard li jwassal għal invalidità u għal diversi mwiet prematuri, raġunijiet dawn li loġikament għandhom jiġġustifikaw il-projbizzjoni tagħhom?

(2)

Id-dispożizzjoni segwenti tad-dritt tal-Unjoni Ewropea:

(1)

L-Artikolu 6 tat-Trattat ta’ Lisbona, tat-13 ta’ Diċembru 2007, li jemenda t-Trattat dwar l-Unjoni Ewropea ffirmat f’Maastricht fis-7 ta’ Frar 1992, u li daħal fis-seħħ fl-1 ta’ Diċembru 2009, li jipprovdi li “L-Unjoni tirrikonoxxi d-drittijiet, il-libertajiet u l-prinċipji stabbiliti fil-Karta tad-Drittijiet Fundamentali ta’ l-Unjoni Ewropea tas-7 ta’ Diċembru 2000, kif adattata fit-12 ta’ Diċembru 2007 ġo Strasburgu, li għandha jkollha l-istess valur legali bħat-Trattati. […]”;

(2)

L-Artikolu 35 tal-Karta tad-Drittijiet Fundamentali tal-Unjoni Ewropea, li jipprovdi li “Kull persuna għandha d-dritt ta’ aċċess għal kura preventiva tas-saħħa u d-dritt li tgawdi minn kura medika […]. Għandu jiġi żgurat livell għoli ta’ protezzjoni tas-saħħa tal-bniedem fid-definizzjoni u fl-implimentazzjoni tal-linji ta’ politika u l-attivitajiet kollha ta’ l-Unjoni”;

interpetati inkonformità mal-prinċipji ġenerali li fuqhom hija bbażata l-Unjoni Ewropea, kif imfakkra fil-preambolu tat-Trattat ta’ Lisbona,

jipprekludu lid-dispożizzjonijiet segwenti tad-dritt Belġjan:

 

Il-loi générale sur les douanes et accises (Liġi ġenerali dwar id-dazji u s-sisa), ikkoordinata permezz ta’ Digriet Irjali tat-18 ta’ Lulju 1977 (Moniteur belge tal-21 ta’ Settembru 1977) u kkonfermata permezz tal-Artikolu 1 tal-Liġi tas-6 ta’ Lulju 1978 (Moniteur belge tat-12 ta’ Awwissu 1978);

 

Il-loi relative au régime général, à la détention, à la circulation et aux contrôles des produits soumis à accise (Liġi dwar l-iskema ġenerali, iż-żamma, iċ-ċirkolazzjoni u l-kontrolli ta’ prodotti suġġetti għas-sisa), tal-10 ta’ Ġunju 1997 (Moniteur belge tal-1 ta’ Awwissu 1997);

 

Il-loi relative au régime fiscal des tabacs manufacturés (Liġi dwar is-sistema fiskali tat-tabakk immanifatturat), tat-3 ta’ April 1997 (Moniteur belge tal-1 ta’ Awwissu 1997), emendata bil-Liġi tas-26 ta’ Novembru 2006 (Moniteur belge tat-8 ta’ Diċembru 2006);

milli jawtorizzaw lill-État belge jikkunsidra bħala bażi ta’ stima għall-finijiet tad-dazji tas-sisa, it-tabakk immanifatturat sabiex jiġi mpejjep meta:

 

minn naħa, dan l-Istat jirrikonoxxi uffiċjalment li dawn il-prodotti jagħmlu ħsara gravi lis-saħħa ta’ dawk li jużawhom u huma identifikati bħala l-kawża ta’ mard li jwassal għal invalidità u għal diversi mwiet prematuri, raġunijiet dawn li loġikament għandhom jiġġustifikaw l-eliminiazzjoni tagħhom;

 

min-naħa l-oħra, dan l-Istat, meta jaġixxi b’dan il-mod, jikkontradixxi huwa stess l-adozzjoni ta’ miżuri li jistgħu effettivament iwasslu għal din l-eliminiazzjoni billi jiffavorixxu sitwazzjoni fiskali li tkun effettivament u realistikament dissważiva?


(1)  ĠU 30.03.2010, C 83, p. 389.


Top