Choose the experimental features you want to try

This document is an excerpt from the EUR-Lex website

Document 62010CN0052

    Kawża C-52/10: Talba għal deċiżjoni preliminari mressqa mill-Symvoulio tis Epikrateias fl- 1 ta’ Frar 2010 — Eleftheri tileorasi A.E. Alter Channel u Konstantinos Andreas vs Ypourgos Tipou kai Meson Mazikis Enimerosis u Ethniko Symvoulio Radiotileorasis

    ĠU C 100, 17.4.2010, p. 25–25 (BG, ES, CS, DA, DE, ET, EL, EN, FR, IT, LV, LT, HU, MT, NL, PL, PT, RO, SK, SL, FI, SV)

    17.4.2010   

    MT

    Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

    C 100/25


    Talba għal deċiżjoni preliminari mressqa mill-Symvoulio tis Epikrateias fl-1 ta’ Frar 2010 — Eleftheri tileorasi A.E. “Alter Channel” u Konstantinos Andreas vs Ypourgos Tipou kai Meson Mazikis Enimerosis u Ethniko Symvoulio Radiotileorasis

    (Kawża C-52/10)

    2010/C 100/37

    Lingwa tal-kawża: il-Grieg

    Qorti tar-rinviju

    Symvoulio tis Epikrateias (il-Greċja)

    Partijiet fil-kawża prinċipali

    Rikorrenti: Eleftheri tileorasi A.E. “Alter Channel” u Konstantinos Giannikos.

    Konvenuti: Ypourgos Tipou kai Meson Mazikis Enimerosis u Ethniko Symvoulio Radiotileorasis.

    Domanda preliminari

    (1)

    L-Artikolu 1(d) tad-Direttiva tal-Kunsill 89/552/KEE, dwar il-koordinazzjoni ta’ ċerti dispożizzjonijiet stabbiliti bil-liġi, b’regolament jew b’azzjoni amministrattiva fi Stati Membri dwar it-twettiq ta’ attivitajiet ta’ xandir bit-televiżjoni (Edizzjoni Speċjali bil-Malti, Kapitolu 6, Vol. 1, p. 224), kif emendat mill-Artikolu 1(c) tad-Direttiva 97/36/KE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill (Edizzjoni Speċjali bil-Malti, Kapitolu 6, Vol 2, p. 321) għandu jiġi interpretat fis-sens li, fil-kuntest ta’ “reklamar bil-moħbi”, l-għoti ta’ remunerazzjoni, ta’ ħlas jew xi forma ta’ ħlas oħra jikkostitwixxi element kunċettwali indispensabbli tal-għan ta’ reklamar?


    Top