Choose the experimental features you want to try

This document is an excerpt from the EUR-Lex website

Document 62010CA0527

    Kawża C-527/10: Sentenza tal-Qorti tal-Ġustizzja (L-Ewwel Awla) tal- 5 ta’ Lulju 2012 (talba għal deċiżjoni preliminari mressqa mill-Legfelsőbb Bíróság — l-Ungerija) — ERSTE Bank Hungary Nyrt vs Magyar Állam, B.C.L. Trading GmbH, ERSTE Befektetési Zrt ( “Kooperazzjoni ġudizzjarja f’materji ċivili — Proċeduri ta’ falliment — Regolament (KE) Nru 1346/2000 — Artikolu 5(1) — Applikazzjoni ratione temporis — Azzjoni in rem istitwita fi Stat mhux membru tal-Unjoni Ewropea — Proċedura ta’ falliment miftuħa kontra d-debitur fi Stat Membru ieħor — L-ewwel Stat li sar membru tal-Unjoni Ewropea — Applikabbiltà” )

    ĠU C 287, 22.9.2012, p. 4–4 (BG, ES, CS, DA, DE, ET, EL, EN, FR, IT, LV, LT, HU, MT, NL, PL, PT, RO, SK, SL, FI, SV)

    22.9.2012   

    MT

    Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

    C 287/4


    Sentenza tal-Qorti tal-Ġustizzja (L-Ewwel Awla) tal-5 ta’ Lulju 2012 (talba għal deċiżjoni preliminari mressqa mill-Legfelsőbb Bíróság — l-Ungerija) — ERSTE Bank Hungary Nyrt vs Magyar Állam, B.C.L. Trading GmbH, ERSTE Befektetési Zrt

    (Kawża C-527/10) (1)

    (Kooperazzjoni ġudizzjarja f’materji ċivili - Proċeduri ta’ falliment - Regolament (KE) Nru 1346/2000 - Artikolu 5(1) - Applikazzjoni ratione temporis - Azzjoni in rem istitwita fi Stat mhux membru tal-Unjoni Ewropea - Proċedura ta’ falliment miftuħa kontra d-debitur fi Stat Membru ieħor - L-ewwel Stat li sar membru tal-Unjoni Ewropea - Applikabbiltà)

    2012/C 287/06

    Lingwa tal-kawża: l-Ungeriż

    Qorti tar-rinviju

    Legfelsőbb Bíróság

    Partijiet fil-kawża prinċipali

    Rikorrenti: ERSTE Bank Hungary Nyrt

    Konvenuta: Magyar Állam, B.C.L. Trading GmbH, ERSTE Befektetési Zrt

    Suġġett

    Talba għal deċiżjoni preliminari — Legfelsőbb Bíróság — Interpretazzjoni tal-Artikolu 5(1) tar-Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 1346/2000, tad-29 ta’ Mejju 2000, dwar proċedimenti ta’ falliment (ĠU Edizzjoni Speċjali bil-Malti, Kapitolu 19, Vol. 1, p. 191) — Azzjoni in rem mibdija fi Stat Membru li fit-territorju tiegħu jinsab is-suġġett tad-dritt in rem inkwistjoni kontra konvenut li għandu l-uffiċċju rreġistrat tiegħu fi Stat Membru ieħor u li kontrih infetħu proċedimenti ta’ falliment f’dan it-tieni Stat qabel l-adeżjoni tal-ewwel Stat mal-Unjoni Ewropea — Applikazzjoni ratione temporis tal-Artikolu 5(1) tar-Regolament (KE) Nru 1346/2000

    Dispożittiv

    L-Artikolu 5(1) tar-Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 1346/2000, tad-29 ta’ Mejju 2000, dwar proċedimenti ta’ falliment, għandu jiġi interpretat fis-sens li dik id-dispożizzjoni hija applikabbli, f’ċirkustanzi bħal dawk fil-kawża prinċipali, anki għall-proċeduri ta’ falliment miftuħa qabel l-adeżjoni tar-Repubblika tal-Ungerija fl-Unjoni Ewropea fil-każ fejn, fl-1 ta’ Mejju 2004, il-beni tad-debitur suġġetti għad-dritt in rem inkwistjoni kienu jinsabu fit-territorju tal-imsemmi Stat, fatt li għandu jiġi vverifikat mill-qorti tar-rinviju.


    (1)  ĠU C 30. 29.01.2011


    Top