Choose the experimental features you want to try

This document is an excerpt from the EUR-Lex website

Document 62010CA0426

Kawża C-426/0 P: Sentenza tal-Qorti tal-Ġustizzja (It-Tieni Awla) tat- 22 ta’ Settembru 2011 — Bell & Ross BV vs L-Uffiċċju għall-Armonizzazzjoni fis-Suq Intern (Trade marks u Disinni), Klockgrossisten i Norden AB ( Appell — Oriġinal iffirmat tar-rikors ippreżentat wara li skada t-terminu — Difett li jista’ jiġi rregolarizzat )

ĠU C 331, 12.11.2011, p. 6–6 (BG, ES, CS, DA, DE, ET, EL, EN, FR, IT, LV, LT, HU, MT, NL, PL, PT, RO, SK, SL, FI, SV)

12.11.2011   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

C 331/6


Sentenza tal-Qorti tal-Ġustizzja (It-Tieni Awla) tat-22 ta’ Settembru 2011 — Bell & Ross BV vs L-Uffiċċju għall-Armonizzazzjoni fis-Suq Intern (Trade marks u Disinni), Klockgrossisten i Norden AB

(Kawża C-426/0 P) (1)

(Appell - Oriġinal iffirmat tar-rikors ippreżentat wara li skada t-terminu - Difett li jista’ jiġi rregolarizzat)

2011/C 331/08

Lingwa tal-proċedura: il-Franċiż

Partijiet

Appellanti: Bell & Ross BV (rappreżentant: S. Guerlain, avukat)

Partijiet oħra fil-proċedura: L-Uffiċċju għall-Armonizzazzjoni fis-Suq Intern (Trade marks u Disinni), (rappreżentant: A. Folliard-Monguiral, aġent), Klockgrossisten i Norden AB

Suġġett

Appell mid-digriet tal-Qorti Ġenerali (Is Sitt Awla), tat 18 ta’ Ġunju 2010, Bell & Ross vs UASI — Klockgrossisten i Norden (T-51/10), li permezz tiegħu l-Qorti Ġenerali ċaħdet ir-rikors ippreżentat kontra d-deċiżjoni tat-Tielet Bord tal-Appell tal-UASI, tas 27 ta’ Ottubru 2009 (Każ R 1267/2008-3), dwar proċedimenti għal dikjarazzjoni ta’ invalidità bejn Klockgrossisten i Norden AB u Bell & Ross BV — Oriġinal iffirmat tar-rikors ippreżentat wara li skada t-terminu — Kunċett ta’ “żball skużabbli” u ta’ “każ fortuwitu” — Prinċipji ta’ aspettattivi leġittimi u ta’ propozjonalità — Inammissibbiltà manifesta

Dispożittiv

(1)

L-appell huwa miċħud.

(2)

Bell & Ross BV għandha tbati l-ispejjeż.


(1)  ĠU C 346, 18.12.2010.


Top