This document is an excerpt from the EUR-Lex website
Document 62009TN0482
Case T-482/09: Action brought on 30 November 2009 — ATB Norte v OHIM — Bricocenter Italia (BRICO CENTER Cittá)
Kawża T-482/09: Rikors ippreżentat fit- 30 ta’ Novembru 2009 — ATB Norte vs UASI — Bricocenter Italia (BRICO CENTER Città)
Kawża T-482/09: Rikors ippreżentat fit- 30 ta’ Novembru 2009 — ATB Norte vs UASI — Bricocenter Italia (BRICO CENTER Città)
ĠU C 24, 30.1.2010, p. 68–69
(BG, ES, CS, DA, DE, ET, EL, EN, FR, IT, LV, LT, HU, MT, NL, PL, PT, RO, SK, SL, FI, SV)
30.1.2010 |
MT |
Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea |
C 24/68 |
Rikors ippreżentat fit-30 ta’ Novembru 2009 — ATB Norte vs UASI — Bricocenter Italia (BRICO CENTER Città)
(Kawża T-482/09)
2010/C 24/121
Lingwa tar-rikors: L-Ispanjol
Partijiet
Rikorrenti: ATB Norte, SL (Burgos, Spanja) (rappreżentanti: P. López Ronda, G. Macías Bonilla, H. L. Curtis-Oliver u G. Marín Raigal, avukati)
Konvenut: L-Uffiċċju għall-Armonizzazzjoni fis-Suq Intern (Trade marks u Disinni)
Parti oħra quddiem il-Bord tal-Appell: Bricocenter Italia Srl [Rozzano Milanofiori (Milano), l-Italja]
Talbiet tar-rikorrenti
— |
Tannulla d-deċiżjoni tar-Raba’ Bord tal-Appell tal-UASI tat-28 ta’ Settembru 2009 — R 1047/2008-4. |
— |
Tikkundanna lill-konvenut (UASI) għall-ispejjeż. |
Motivi u argumenti prinċipali
Applikant għat-trade mark Komunitarja: Bricocenter Italia S.r.l.
Trade mark Komunitarja kkonċernata: Trade mark figurattiva li fiha l-element verbali “BRICOCENTER Città” (Applikazzjoni għal reġistrazzjoni Nru 4 939 302), għal servizzi fil-klassi 35.
Proprjetarju tat-trade mark jew tas-sinjal invokat insostenn tal-oppożizzjoni: Ir-rikorrenti
Trade mark jew sinjal invokat insostenn tal-oppożizzjoni: Trade marks Komunitarji figurattivi li fihom l-elementi verbali “CENTROS DE BRICOLAGE BRICOCENTRO” (Nru 3 262 623) u “ATB CENTROS DE BRICOLAGE BRICOCENTRO” (Nru 989 046), għal servizzi fil-klassijiet 35, 37 u 39.
Deċiżjoni tad-Diviżjoni tal-Oppożizzjoni: Oppożizzjoni milqugħa
Deċiżjoni tal-Bord tal-Appell: Deċiżjoni kkontestata annullata u oppożizzjoni miċħuda fl-intier tagħha.
Motivi invokati: Interpretazzjoni u applikazzjoni żbaljata tal-Artikolu 8(1)(b) tar-Regolament Nru 207/2009.